1U wlied Iżrael ħarġu lkoll u ltaqgħet il-ġemgħa bħal bniedem wieħed, minn Dan sa Birsaba, u minn art Gilgħad f’Misfa, quddiem il-Mulej.
2U ħarġu fin-nofs il-kapijiet tal-poplu kollu u t-tribujiet ta’ Iżrael kollha quddiem il-ġemgħa tal-poplu ta’ Alla; erba’ mitt elf ruħ tal-fanterija mħarrġa fix-xabla.
14U wlied Benjamin inġabru mill-ibliet f’Gibgħa biex joħorġu jitqabdu ma’ wlied Iżrael.
15U ntgħaddu ulied Benjamin dakinhar: mill-ibliet, sitta u għoxrin elf raġel imħarreġ fix-xabla barra n-nies ta’ Gibgħa;
16fost dawk in-nies kollha kien hemm ukoll seba’ mitt raġel magħżul, xellugin, u kull wieħed kellu l-ħila jwaddab ġebla bl-iżbandola għal xagħra, u ma jfallilux.
17U wlied Iżrael intgħaddu wkoll: barra minn ulied Benjamin, erba’ mitt elf raġel imħarreġ fix-xabla, kull wieħed raġel tal-ġlied.
18U qabdu u marru wlied Iżrael f’Betel u staqsew lil Alla u qalu: “Min minna jitla’ l-ewwel jitqabad ma’ wlied Benjamin?” U l-Mulej wieġeb: “Ġuda jitla’ l-ewwel.”
19Ulied Iżrael bakkru filgħodu, u waqqfu l-kamp biswit Gibgħa.
20In-nies ta’ Iżrael ħarġu għat-taqbida ma’ wlied Benjamin, u tqassmu għall-ġlied ħdejn Gibgħa.
21U wlied Benjamin ħarġu minn Gibgħa u meddew fl-art dakinhar tnejn u għoxrin elf raġel minn Iżrael.
22Imma l-poplu għamel il-qalb u l-Iżraelin reġgħu tqassmu għat-taqbida fejn kienu tqassmu fl-ewwel jum.
23U wlied Iżrael telgħu jibku quddiem il-Mulej sa filgħaxija, u staqsew lill-Mulej u qalu: “Għandi jien nerġa’ noħroġ nitqabad ma’ wlied ħija Benjamin?” U l-Mulej wieġeb: “Itilgħu għalih.”
24Fit-tieni jum ulied Iżrael marru għal ulied Benjamin.
25U ħareġ jilqagħhom Benjamin minn Gibgħa fit-tieni jum u meddew mal-art tmintax-il elf oħra minn ulied Iżrael, ilkoll imħarrġa fix-xabla.
26U wlied Iżrael ilkoll, u l-poplu kollu telgħu u marru Betel, u qagħdu hemm jibku quddiem il-Mulej, u samu dak in-nhar sa filgħaxija u offrew sagrifiċċji tal-ħruq, u sagrifiċċji tas-sliem quddiem il-Mulej.Ġoż 7,6-9; 8,1.
27U wlied Iżrael staqsew lill-Mulej - għax hemm kienet l-arka tal-patt ta’ Alla f’dak iż-żmien1 Sam 4,3-4.
28u Fineħas bin Elgħażar, bin Aron, dik il-ħabta kien iservi quddiemha - u qalu: “Għandi jien nerġa’ noħroġ nitqabad ma’ ħija Benjamin, jew nieqaf?” U l-Mulej wieġeb: “Itilgħu, għax għada nerħih f’idejk.”Num 25,7-13.
29U Iżrael imbagħad dawwar lil Gibgħa dawramejt bl-għases moħbija.Ġoż 8,4-24.
30U fit-tielet jum ulied Iżrael telgħu għal ulied Benjamin u tqassmu ħdejn Gibgħa bħall-ewwel u t-tieni darba.
31U wlied Benjamin ħarġu għall-poplu u tbiegħdu mill-belt, u bdew joqtlu mill-eżerċtu bħall-ewwel u t-tieni darba fit-toroq li jieħdu, waħda għal Betel u l-oħra għal Gibgħa, u fir-raba’, u qatlu xi tletin raġel minn Iżrael b’kollox.
32U wlied Benjamin qalu: “Kissirniehom bħall-ewwel darba.” U wlied Iżrael qalu: “Ħa naħarbu, u nbegħduhom mill-belt, u nxerrduhom mat-toroq.”
33U l-Iżraelin qamu kollha minn fejn kienu, u tqassmu f’Bagħal-tamar, u l-għases moħbija ta’ Iżrael ħarġu minn fejn kienu min-naħa tal-Punent ta’ Gibgħa.
34U ġew quddiem Gibgħa għaxart elef raġel magħżula minn Iżrael kollu; u t-taqbida ħraxet, u wlied Benjamin ma ntebħux li kienet ġejja fuqhom ħsara kbira.
35Il-Mulej ħarbat lil ulied Benjamin quddiem Iżrael, u dakinhar ulied Iżrael qatlu minn ulied Benjamin ħamsa u għoxrin elf u mitt ruħ, ilkoll imħarrġa fix-xabla.
36Ulied Benjamin intebħu li kienu mirbuħa; u l-Iżraelin taw il-wisa’ lil ulied Benjamin, għax kellhom moħħhom mistrieħ bl-għases moħbija li kienu qiegħdu ħdejn Gibgħa.
37U l-għases moħbija ntefgħu bil-ħeffa fuq Gibgħa, ħabtu għall-belt minn kull naħa, u għaddew il-belt kollha minn xifer ix-xabla.
38L-Iżraelin kienu ftiehmu mal-għases moħbija li jtellgħu sħaba duħħan mill-belt.
39Malli l-Iżraelin li kienu jitqabdu daru, ulied Benjamin bdew jaħbtu għall-Iżraelin u qatlu minnhom xi tletin raġel, għax qalu: “Iva, kissirniehom bħal fl-ewwel taqbida.”
40Imma dak il-ħin bdiet tielgħa minn fuq il-belt sħaba duħħan; u wlied Benjamin ħarsu lura, u raw in-nar mill-belt tiela’ lejn is-sema.
41U l-Iżraelin daru u wlied Benjamin tħawdu għax raw li laħqithom il-ħsara;
42u daru, u ħarbu minn quddiem Iżrael lejn id-deżert; imma l-ġlied laħaqhom, u dawk li kienu ħierġa mill-belt daħlu ġo nofshom u bdew iqattgħuhom bċejjeċ.
43Hekk dawru lil ulied Benjamin, u għamlu għal warajhom u għaffġuhom taħt riġlejhom minn Noħa sa quddiem Gibgħa, in-naħa tal-Lvant.
44U waqgħu mejtin tmintax-il elf raġel minn Benjamin, kollha nies ta’ ħila.
45L-oħrajn daru u ħarbu lejn id-deżert lejn il-blat ta’ Rimmon; l-Iżraelin qatlu minnhom fit-toroq ħamest elef raġel u baqgħu jrossu fuqhom sa Gidgħon u qatlu elfejn oħra.Mħ 21,13.
46U dakinhar il-mejtin kollha ta’ Benjamin laħqu l-ħamsa u għoxrin elf raġel imħarrġa fix-xabla, kollha nies ta’ ħila.
47U ħarbu lura lejn id-deżert sitt mitt raġel, u baqgħu fil-blat ta’ Rimmon għal erba’ xhur.
48Imbagħad ulied Iżrael daru għal ulied Benjamin l-oħra, u għaddew minn xifer ix-xabla n-nies fil-belt, u l-bhejjem u kulma sabu; u l-ibliet li sabu tawhom in-nar.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.