EŻODU Ħarsa ħafifa lejn il-ktieb - Maltese Bible with DC

Ħarsa ħafifa lejn il-ktiebL-isem “Eżodu” ġej minn kelma Griega li tfisser “ħruġ”, u dan il-ktieb ikellimna dwar kif Alla ħeles lill-poplu tiegħu mill-jasar tal-Eġittu, fejn kienu joqogħdu.Dan il-ktieb jgħallimna li l-Mulej hu l-Alla veru u l-mexxej tal-ħolqien kollu. Hekk, meta Hu jiddeċiedi li jagħmel xi ħaġa ħadd ma jista’ jżommu.Il-ktieb tal-Eżodu jinqasam fi tliet taqsimiet. Il-biċċa l-kbira tal-ġrajjiet fl-ewwel taqsima (kap 1—15) iseħħu fl-Eġittu, fejn naraw lill-poplu ta’ Iżrael imjassar mill-Fargħun. Il-Mulej sema’ l-karba tagħhom u għażel lil Mosè biex jeħlishom. Mosè kien Lhudi addottat minn prinċipessa Eġizzjana, bint il-Fargħun.Meta Mosè talab lill-Fargħun jeħles lill-poplu ta’ Iżrael, imma dan ċaħad it-talba tiegħu. U hekk Alla bagħat għaxar tbatijiet fuq l-Eġittu permezz ta’ Mosè. Fl-aħħar il-Fargħun ċeda u ħalla lil-Lhud jitilqu mill-Eġittu.It-tieni taqsima (kap 16—18) twasslilna dak li għadda minnu l-poplu Lhudi mindu ħareġ mill-Eġittu sa ma wasal ħdejn is-Sinaj, il-Muntanja tal-Mulej. Il-Fargħun, malajr reġa’ bdielu milli jeħles lill-poplu Lhudi mill-jasar, u fittex bagħat l-eżerċtu tiegħu biex jaqbadhom. Iżda l-Mulej iddefenda lil-Lhud u qered lill-armata Eġizzjana. Sakemm il-poplu Lhudi terraq fid-deżert, il-Mulej ipprovdielu l-ikel u x-xorb.L-aħħar taqsima tal-ktieb tal-Eżodu (kap 19—40) tirrakkuntalna l-esperjenza tal-poplu Lhudi madwar il-Muntanja Sinaj, fejn Alla deher lil Mosè. Alla tah il-Kmandamenti u l-liġijiet dwar il-liturġija, is-sagrifiċċju, il-ħajja ta’ kuljum. Tah ukoll istruzzjonijiet dwar kif kellha tinbena t-Tinda u l-għamara, l-artal, u l-ilbies tal-qassisin. Imma f’din it-taqsima naqraw ukoll kif il-poplu Lhudi sawwar alla falz u b’hekk kiser l-ewwel Kmandament.Jien hu l-Mulej, Alla tiegħek, li ħriġtek mill-art tal-Eġittu, minn dar il-jasar. Ma jkollokx allat oħra għajri (20,2-3).It-taqsim tal-ktiebIl-poplu ta’ Iżrael meħlus mill-Eġittu (1,1—15,21)Ilsiera fl-Eġittu (1,1-22)It-twelid u t-tfulija ta’ Mosè (2,1—4,31)Mosè u Aron quddiem il-Fargħun (5,1—11,10)L-Ikla tal-Għid u t-tluq mill-Eġittu (12,1—15,21)Minn Baħar il-Qasab sal-Muntanja Sinaj (15,22—18,27)Il-Liġi u l-Patt (19,1—24,18)It-Tinda tal-Patt u l-istruzzjonijiet dwar is-santwarju (25,1—40,38)
Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help