1U ġiet fuqi l-kelma tal-Mulej u qalli:,
3u għidilha: ‘Dan jgħid Sidi l-Mulej lil Ġerusalemm: Nislek u twelidek mill-art tal-Kangħanin: missierek mill-Amurrin u ommok mill-Ħittin.
4Fi twelidek, nhar twelidek, ma qatgħulekx il-ħajta ta’ żokortok, bl-ilma ma ħaslukx biex titnaddaf, ma għorkukx bil-melħ u anqas fisqewk fil-faxex.
5Ebda għajn ma tħassritek biex tagħmillek xi ħaġa minn dan kollu u tħenn għalik, imma stkerrhuk u rmewk fuq wiċċ ir-raba’ f’jum twelidek, dak in-nhar li int twelidt!
6“Għaddejt jien minn ħdejk, rajtek titmiegħek f’demmek u għedtlek kif kont mgħargħra f’demmek: ‘Int tgħix
7u tikber bħal nebbiet tar-raba’.’ U int trabbejt, u kbirt u lħaqt il-milja ta’ xbubitek; sidrek imtela u xagħrek kiber, imma kont għadek għarwiena u mikxufa.Xebba sabiħa u ħelwa
8“U jiena għaddejt minn ħdejk u ħarist, u rajtek li kont fi żmienek, żmien l-imħabba. Jien frixt fuqek djul mantari u għattejtlek għawarek; u ħliftlek u dħalt f’patt miegħek, u int sirt tiegħi, oraklu ta’ Sidi l-Mulej.
14“Beda jissemma ġmielek fost il-ġnus: għax xejn ma kien jonqsu t-tiżjin li jien qegħedt fuqek, oraklu ta’ Sidi l-Mulej.
Iżrael prostituta15“Imma int tlift rasek bi ġmielek, u ntlaqt għaż-żina, u sawwabt iż-żina tiegħek fuq min ġie ġie.;
17u qbadt il-ġawhar ta’ ġmielek, id-deheb u l-fidda li jien stess kont tajtek, u għamilt minnhom xbihat ta’ rġiel u magħhom żnejt...
26“Żnejt ma’ wlied l-Eġittu, ġirienek imġissma sewwa, u komplejt żidt fiż-żina tiegħek biex tipprovokani.
27“Għalhekk meddejt idejja kontrik, u naqqast sehmek, u rħejtek għar-rieda tal-għedewwa tiegħek, il-bniet tal-Filistin, li stħaw mill-imġiba faħxija tiegħek.
28“Int żnejt ukoll ma’ wlied l-Assirja, żnejt magħhom u qatt ma xbajt;
38“Jiena nagħmel ħaqq minnek ta’ mara adultera u qattiela. Niżfoga fuqek fid-demm is-saħna u l-għira tiegħi.
39Nerħik f’idejhom ħa jġarrfulek il-kmajriet u l-għerejjex tiegħek; ineżżgħuk minn ħwejġek, jeħdulek il-ġawhar ilellex tiegħek u jħalluk hemm mikxufa u għarwiena.
40Ixewxu l-folla kontrik, iħaġġruk u jinfduk bix-xabla;
41jagħtu n-nar lil djarek, u jagħmlu ħaqq minnek quddiem għajnejn ħafna nisa., li kienet tistmell lil żewġha u lil uliedha; oħt ħutek il-bniet int, li kienu jistmellu lil żwieġhom u lil uliedhom. Ommkom, bint il-Ħittin, missierkom wild l-Amurrin. fuq ix-xellug tiegħek b’uliedha l-bniet; oħtok iż-żgħira hi Sodoma fuq il-lemin tiegħek b’uliedha l-bniet.
47“Int għall-ewwel ma qbadtx triqathom, lanqas m’għamilt għarukażijiet, imma biss għal ftit taż-żmien. Iżda mbagħad tħassart f’imġibtek kollha aktar minnhom.
48“Daqs kemm jien ħaj, oraklu ta’ Sidi l-Mulej, oħtok Sodoma u bnietha m’għamlux dak li għamilt int u bnietek.
49Ara! Dan kien id-dnub ta’ oħtok Sodoma, hi u wliedha l-bniet: kienu kburin, imxebbgħin bil-ħobż, u moħħhom mistrieħ u kwiet, imma lill-imsejken u l-fqir qatt ma weżnuhom.Ġen 19,24.
50Imtlew bihom infushom u għamlu kulma jien nistmell, u jien ċħadthom malli rajt dan.
51“U Samarija ma għamlitx in-nofs tad-dnubiet li għamilt int. Int waqajt f’għarukażijiet aktar minnhom, tant li ħutek ħdejk, ħdejn l-għarukażijiet tiegħek, bdew jidhru ġusti.
52“Mela issa ġorr l-għajb tiegħek, ladarba għamilt tajjeb għal ħutek! Għax bi dnubietek int tqażżiżt aktar minnhom, u ħdejk saru ġusti aktar minnek. Istħi, mela, u ġorr fuqek l-għajb tiegħek, għax għamilt lil ħutek ġusti aktar minnek ħdejk.
53“Imma jien inbiddlilhom xortihom: ix-xorti ta’ Sodoma u bnietha u x-xorti ta’ Samarija u bnietha; u xortik ukoll inbiddel f’nofshom,
54ħalli int tħoss ukoll it-toqol tal-għajb tiegħek u tistħi minn dak kollu li int għamilt u tajthom pjaċir.
55U ħutek, Sodoma u wliedha l-bniet, jerġgħu għal li kienu qabel; u wkoll Samarija u wliedha jerġgħu għal li kienu qabel; u int wkoll u wliedek terġgħu għal li kontu fl-imgħoddi.
56“Ma kellhiex isem ħażin fuq fommok oħtok Sodoma fi żmien kburitek, qabel ma nkixfet ħżunitek?
57Bħalha issa sirt int; jgħajruk in-nisa ta’ Edom u n-nisa tal-Filistin, il-ġirien tiegħek iżebilħuk ilkoll minn kull naħa.
58Int qiegħda tħallas għal għemilek u qżiżijietek, oraklu tal-Mulej.”
59Hekk jgħid Sidi l-Mulej: “Jien nagħmillek dak li għamilt int meta kasbart il-ħalfa u ksirt il-patt.
60Imma jien niftakar fil-patt li għamilt miegħek fi żmien żgħożitek u nġedded il-patt tiegħi miegħek għal dejjem.Ġer 31,31-34; Hos 2,16-25.
61Int imbagħad tiftakar fl-imġiba tiegħek u tistħi meta tilqa’ għandek lil ħutek il-bniet, sew ikbar u sew iżgħar minnek, li jien għad nagħtihomlok bħala wliedek, għalkemm mhux bis-saħħa tal-patt.
62U nġedded il-patt tiegħi miegħek, ħa tagħraf li jiena l-Mulej,
63biex tiftakar u timtela bil-mistħija, u ma jkollokx aktar ħila tiftaħ ħalqek minħabba l-għajb tiegħek, meta nkun ħfirtlek dak kollu li għamilt, oraklu ta’ Sidi l-Mulej.”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.