1Fejn mar il-maħbub tiegħek,
l-isbaħ fost in-nisa?
Fejn mar il-maħbub tiegħek,
biex aħna nfittxuh miegħek?
L-għarusa2Il-maħbub tiegħi niżel fil-ġnien tiegħu,
ħdejn il-ħmiemel tal-balzmu,
ħalli fil-ġonna jirgħa,
u jaqta’ l-ġilji.
3Jien tal-maħbub, u tiegħi l-maħbub tiegħi
li jirgħa qalb il-ġilji.
Il-ħames taqsima tal-Għanja,inti sabiħa, bħal Ġerusalemm.
5Dawwar għajnejk minn fuqi,
għax isaħħruni.
Dak xagħrek merħla mogħoż,
imewġu mal-muntanja ta’ Gilgħad.
6Dawk snienek merħla nagħaġ
telgħin wara l-ħasil.
Kull waħda minnhom hemm tewmija magħha,
ma hemm mingħajrha ebda waħda minnhom.
7Ħaddejk biċċtejn rummien
minn wara l-istar tiegħek.
8Irġejjen hemm sittin,
tmenin hemm konkubini,
xebbiet bla għadd.
9Imma waħda biss il-ħamiema tiegħi,
waħda l-perfetta tiegħi.
Hi l-waħdanija t’ommha,
hi biss l-għażiża ta’ dik li wilditha.
Rawha x-xebbiet, qalulha li hi hienja,
irġejjen, konkubini, ilkoll faħħruha:
10“Min hija dik li tielgħa bħaż-żerniq,
sabiħa donnha l-qamar,
tiddi bħax-xemx,
tal-biża’ bħall-eżerċtu lest għat-taqbida?”
11Fil-ġnien tal-ġewż inżilt,
sabiex inħares lejn tal-wied il-ħdura,
biex nara jekk id-dielja hix qed tarmi,
jekk ir-rummien diġà ħariġx in-nwar.
12Jien stess ma nafx, imma refgħetni xewqti
għal fuq il-karru flimkien mal-prinċep.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.