SALMI 51 - Maltese Bible with DC

Salm 51Il-qalb niedma u sogħbiena

1Għall-mexxej tal-kor. Salm ta’ David,

4Aħsilni kollni mill-ħtija tiegħi;

naddafni mid-dnub tiegħi.

5Għax jien nagħrafhom ħtijieti;

id-dnub tiegħi dejjem quddiemi.

6Kontrik biss jiena dnibt,

u dak li hu ħażin f’għajnejk għamilt.

Hekk jingħaraf is-sewwa tal-kelma tiegħek,

u bla tebgħa jidher il-ħaqq tiegħek.

7Ara, jiena ssawwart fil-ħtija,

u fid-dnub nisslitni ommi.

8Int li tħobb il-qalb sinċiera,

għallimni l-għerf fil-fond ta’ qalbi.

9Roxxni bl-ilma, u nissaffa;

aħsilni, u aktar mis-silġ nibjad.

10Agħmel li nisma’ l-ferħ u l-hena,

biex għadmi, li int sħaqt, jithenna.

11Dawwar wiċċek minn ħtijieti;

ħassar ħżuniti kollha.

12Oħloq fija qalb safja, o Alla,

u spirtu qawwi ġedded fija.

13La twarrabnix minn quddiemek;

tneħħix minni l-ispirtu qaddis tiegħek.

14Roddli l-hena tas-salvazzjoni tiegħek,

u bi spirtu qalbieni wettaqni.

15Lill-midinbin ngħallem triqatek,

u l-ħatjin lejk jerġgħu lura.

16Eħlisni mill-piena tal-mewt, o Alla,

Alla tas-salvazzjoni tiegħi;

u lsieni jfaħħar il-ġustizzja tiegħek.

17Iftaħli xufftejja, Sidi,

u fommi jxandar it-tifħir tiegħek.

18Għax lilek ma jogħġbokx is-sagrifiċċju;

noffrilek vittmi maħruqa, u ma tilqagħhomx.

19Is-sagrifiċċju tiegħi, o Alla, hu l-qalb niedma;

qalb maqsuma u sogħbiena ma twarrabhiex, o Alla.

20Agħmel il-ġid lil Sijon fi tjubitek;

erġa’ ibni l-ħitan ta’ Ġerusalemm.

21Imbagħad tilqa’ bil-qalb vittmi xierqa,

sagrifiċċji ta’ vittmi maħruqa u mitmuma;

imbagħad joffrulek għoġiela fuq l-artal tiegħek.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help