1Fis-sena erbatax tas-sultan Ħeżekija, Sanħerib, sultan tal-Assirja, tala’ jaħbat għall-ibliet kollha ffortifikati ta’ Ġuda, u ħadhom f’idejh. u l-artal tiegħu, u ordna lil Ġuda u ’l Ġerusalemm: ‘Quddiem dan l-artal taduraw f’Ġerusalemm’?
11U Eljakim, Sebna u Ġowaħ wieġbu lill-gran kuppier: “Kellem lill-qaddejja tiegħek bl-Arami, għax aħna nifhmuh. Tkellimniex bil-Lhudi, għax jisma’ l-poplu li qiegħed fuq is-sur.”
12U l-gran kuppier wieġeb: “Jaqaw sidna bagħatna ngħidu dan il-kliem lilek jew lil sidek? Mhux lill-irġiel li hemm fuq is-sur, jieklu ħmieġhom u jixorbu ilmiethom magħkom?”
13U l-gran kuppier baqa’ hemm u beda jgħajjat b’leħen għoli u jgħid bil-Lhudi: “Isimgħu l-kelma tas-sultan il-kbir, is-sultan tal-Assirja.
14Dan jgħid is-sultan: Ma jqarraqx bikom is-sultan Ħeżekija, għax ma jistax jeħliskom minn idejja.
15Ma jittamakomx Ħeżekija fil-Mulej u jgħidilkom: “Il-Mulej jeħlisna żgur u din il-belt ma tingħatax f’idejn is-sultan tal-Assirja.”
16La tisimgħux lil Ħeżekija għax dan jgħid is-sultan tal-Assirja: Agħmlu paċi miegħi u ersqu lejja, u tieklu, kull wieħed mid-dielja tiegħu u kull wieħed mit-tina tiegħu u jixrob l-ilma kull wieħed mill-bir tiegħu.1 Slat 4,20; Żak 3,10.
17Sakemm niġi u neħodkom f’art bħal artkom, art tal-qmuħ u tal-inbid, art tal-ħobż u tad-dwieli.’
18La tisimgħux lil Ħeżekija għax ikun qiegħed iqarraq bikom meta jgħidilkom: “Il-Mulej jeħlisna!” Jaqaw allat il-ġnus ħelsu lil pajjiżhom minn id is-sultan tal-Assirja?
19Fejn huma l-allat ta’ Ħamat u Arfad, fejn huma l-allat ta’ Sefarwajjim? Ħelsu huma lil Samarija minn idejja?Is 10,9; 37,13.
20Min huma fost l-allat kollha ta’ dawn l-artijiet li ħelsu lil arthom minn idejja, biex issa jeħles il-Mulej lil Ġerusalemm minn idejja?’ ”
21U l-poplu baqa’ sieket u ma weġbuhx, għax is-sultan kien ordnalhom: “La twiġbuhx.”
22U Eljakim bin Ħilkija, li kien jagħmel mill-palazz, u Sebna s-segretarju, u Ġowaħ bin Asaf, il-kronista, marru għand Ħeżekija bi ħwejjiġhom imċarrta, u għarrfuh b’kulma qalilhom il-gran kuppier.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.