SALMI 121 - Maltese Bible with DC

Salm 121Il-Mulej jgħasses fuqna

1Għanja tat-Telgħat

Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet;

mnejn se tiġini l-għajnuna?

2L-għajnuna tiegħi mingħand il-Mulej,

li għamel is-sema u l-art.

3Ma jħalli qatt li riġlek jogħtor;

ma jongħosx dak li jħarsek.

4Ara, la jongħos u lanqas jorqod

dak li jħares lil Iżrael.

5Il-Mulej hu dak li jħarsek;

il-Mulej hu d-dell tiegħek fuq lemintek.

6Ma tolqtokx ix-xemx binhar,

anqas il-qamar billejl.

7Iħarsek il-Mulej minn kull deni;

hu jħarislek ħajtek.

8Il-Mulej iħarsek fil-ħruġ u d-dħul tiegħek,

minn issa u għal dejjem.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help