1Ir-Rivelazzjoni ta’ Ġesù Kristu li tahielu Alla biex jgħarraf lill-qaddejja tiegħu b’dak li għandu jiġri ma jdumx. Alla bagħat lill-anġlu tiegħu jfissirha lill-qaddej tiegħu Ġwanni,. u dawk li jisimgħu l-kliem ta’ din il-profezija u jħarsu dak li hemm miktub, għax iż-żmien qorob!
Lill-knejjes tal-AsjaTislima4Ġwanni, lis-seba’ knejjes li hemm fl-Asja: grazzja lilkom u sliem mingħand Dak li hu, u li kien, u li għad irid jiġi, u min-naħa tas-seba’ spirti li qegħdin quddiem it-tron tiegħu, bis-saħħa ta’ demmu,
7Arawh, ġej fis-sħab,
u l-għajnejn kollha jarawh,
ukoll dawk li kienu nifduh;
u r-razez kollha tal-art jibdew iħabbtu fuq sidirhom minħabba fih. Iva. Ammen.
8“Jiena huwa l-Alfa u l-Omega”, jgħid il-Mulej Alla, li hu, u li kien, u li għad irid jiġi, Dak li jista’ kollox.Il-bidu tad-dehriet
9Jiena, Ġwanni, ħukom u sieħeb tagħkom fit-taħbit u fis-saltna u fis-sabar ma’ Ġesù, jien sibt ruħi fil-gżira jisimha Patmos minħabba l-Kelma ta’ Alla u x-xhieda ta’ Ġesù.
10Darba, f’jum il-Mulej, ħassejtni merfugħ fl-Ispirtu, u minn warajja smajt leħen qawwi, bħal ta’ tromba,
11jgħidli: “Kulma tara niżżlu fi ktieb u ibagħtu lis-seba’ knejjes, lil dik ta’ Efesu, ta’ Żmirna, ta’ Pergamu, ta’ Tjatira, ta’ Sardi, ta’ Filadelfja u ta’ Laodiċija.”
12U jiena dort biex nara min kien qiegħed ikellimni; u, kif dort, rajt seba’ kandelabri tad-deheb,
13u f’nofs il-kandelabri kien hemm wieħed qisu Iben ta’ bniedem, liebes libsa twila sa wiċċ saqajh, b’sidru mħażżem bi ħżiem tad-deheb;
17Jien, kif rajtu, waqajt qisni mejjet f’riġlejh. Iżda hu ressaq idu l-leminija fuqi u qalli: “Tibżax; jien hu l-Ewwel u l-Aħħar,.
19Ikteb kulma tara, kemm il-ħwejjeġ li hawn issa u kemm dawk li se jiġru ’l quddiem.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.