HOSEGĦA 5 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 5

1Isimgħu dan, qassisin,

agħtu widen, dar Iżrael;

u isma’, dar is-sultan,

għalikom hemm il-ħaqq.

Intom sirtu nasba f’Misfa,

u xibka mifruxa fuq it-Tabor.

2U l-midinbin niżlu fil-qiegħ ta’ ħżunithom,

imma jien nikkastigahom ilkoll.

3Jien naf lil Efrajm,

u Iżrael mhuwiex moħbi minni.

Għax issa Efrajm żena,

u Iżrael tniġġes.

4L-għemejjel tagħhom ma jħalluhomx

jerġgħu lura lejn Alla tagħhom.

Għax l-ispirtu taż-żina fihom,

u lill-Mulej ma jagħrfuhx.

5Il-kburija ta’ Iżrael tixhed kontrih,

Efrajm jitfixkel fi ħżunietu;

u magħhom jitfixkel Ġuda wkoll.

6Bl-imrieħel u l-baqar imorru

jfittxu lill-Mulej,

imma ma jsibuhx,

għax warrab minnhom.

7Qarrqu bil-Mulej,

għax wildu wlied iż-żina.

Il-qamar ġdid jeqridhom,

u magħhom ir-raba’ tagħhom.

8Doqqu t-tromba f’Gibgħa,

u t-trumbetta f’Rama.

Agħtu l-allarm lil Bet-awen:

‘Ġejjin għalik, Benjamin!’

9Efrajm isir ħerba

f’jum il-kastig;

għat-tribujiet ta’ Iżrael,

ngħarraf dak li għandu jseħħ.

10Il-prinċpijiet ta’ Ġuda

saru bħal dawk li jħarrku

s-sinjali tal-miżrugħ fir-raba’.

Fuqhom għad insawwab,

bħall-ilma s-saħna tiegħi.

11Efrajm maħqur, jeddu mżeblaħ,

għax mar minn rajh wara x-xejn.

12Jien bħall-kamla għal Efrajm;

bħas-susa għal dar Ġuda.

13Malli ra Efrajm il-marda tiegħu,

u Ġuda l-ġerħa tiegħu,

Efrajm mar għand l-Assirja,

u Ġuda bagħat għas-sultan il-kbir;

imma dan ma jistax ifejjaqkom,

u lanqas ineħħilkom il-ġerħa.

14Għax jien bħal iljun għal Efrajm, u ferħ

ta’ ljun għad-dar ta’ Ġuda.

Jien, jien li naħtaf il-priża u nitlaq,

naqbadha bla ħadd ma jaħtafhieli.Indiema u tiġdid

15Nerġa’ lura lejn posti,

sakemm ma jħallsux għal dnubhom,

u ma jfittxux ’il wiċċi,

u fin-niket tagħhom ma jfittxunix

u jgħidu:

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help