APOKALISSI 18 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 18Anġlu jħabbar il-waqgħa ta’ Babilonja

1Wara dan rajt anġlu ieħor nieżel mis-sema b’setgħa kbira, u l-art imtliet bid-dawl tal-glorja tiegħu.

2U għajjat b’leħen qawwi u qal:

“Iġġarrfet, iġġarrfet Babilonja l-Kbira,

u saret għamara tad-demonji,

saret ħabs tal-ispirti mniġġsin kollha,

ħabs tat-tajr imniġġes u mibgħud kollu;

3għax mill-inbid ibaqbaq taż-żina tagħha

xorbu l-ġnus kollha,

u s-slaten tal-art waqgħu fiż-żina

magħha, u l-merkanti tal-art stagħnew

bil-ħala bla rażan tagħha.”Il-ħarba tal-poplu ta’ Alla

4Imbagħad smajt leħen ieħor mis-sema jgħid:

“Oħorġu minnha, poplu tiegħi,

biex ma jkollkomx x’taqsmu magħha fi dnubietha,

u biex mill-kastigi tagħha

ma tiħdux sehem.

5Għax dnubietha saru munzell għoli sas-sema,

u Alla ftakar fl-għemejjel ħżiena tagħha.

6Roddulha skont ma hi stess radditilkom,

ħallsuha d-doppju għal li għamlitilkom,

ħawrulha d-doppju fit-tazza li ħawret hi.

7Daqskemm issebbħet u tatha għall-ħala,

daqshekk ieħor ġagħluha tbati u nikktuha,

għax hija f’qalbha tgħid:

‘Jiena sultana bilqiegħda fuq it-tron,

m’iniex armla,

u tassew li n-niket ma nafx bih.’

8Għalhekk f’jum wieħed jiġuha l-kastigi tagħha:

mewt u niket u ġuħ,

u fin-nar għad tinħaraq,

għax setgħani hu l-Mulej li jagħmel

ħaqq minnha.”Lamentazzjoni fuq Ruma

9Imbagħad is-slaten tal-art, li kienu tawha għaż-żina u għall-ħala magħha, jibdew jibku u jagħtu fuq sidirhom minħabba fiha meta jaraw id-duħħan tal-ħuġġieġa tagħha,

Kif sarlek f’siegħa waħda l-ħaqq tiegħek!”

11Il-merkanti tal-art jibku u jitnikktu minħabba fiha, għax il-biegħa tagħhom ħadd iżjed ma jkun jixtriha,

17Kif f’siegħa waħda ġie fix-xejn dan l-għana kollu.”

U l-bdoti u n-nies kollha tal-baħar, il-baħrin u dawk kollha li jaħdmu fuq il-baħar, waqfu ’l bogħod,

19U xeħtu t-trab fuq rashom, u nfexxew f’biki u niket u qalu:

“Jaħasra, jaħasra, il-Belt il-Kbira,

li mill-kotra tal-ġid tagħha

stagħna kull min għandu l-iġfna fuq il-baħar!

Kif f’siegħa waħda ġiet fix-xejn!”

20Ifraħ, sema, minħabba fiha,

u intom ukoll, qaddisin u appostli u profeti,

għax Alla tħallas minnha għalikom!

21Imbagħad wieħed anġlu ta’ saħħa kbira rafa’ ġebla kbira tal-mitħna, waddabha fil-baħar u qal:

“Hekk b’saħħa tintrema

Babilonja, il-Belt il-Kbira,

u ma tinstabx iżjed.

22U fik ma jinstemax iżjed

id-daqq tal-kitarristi u l-leħen tal-għannejja;

tad-daqqaqa tal-flawt u tat-trombi;

ebda mgħallem ta’ ebda sengħa

ma jinstab iżjed ġewwa fik;

fik aktar ma tinstamax

l-għanja tal-mitħna;

23fik aktar ma jiddix

id-dawl tal-musbieħ;

l-għana tal-għarus u tal-għarusa

fik aktar ma jinstamax.

Għax il-merkanti tiegħek kienu l-kbarat tal-art,

u bis-seħer tiegħek tqarrqu l-ġnus kollha.”

24U fiha nstab id-demm tal-profeti u tal-qaddisin u tal-maqtulin kollha fuq l-art.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help