DANJEL BIL-GRIEG 7 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 7L-erba’ bhejjem fil-ħolma ta’ Danjel

1Fl-ewwel sena ta’ Beltassar, sultan ta’ Babilonja, Danjel ħolom ħolma, u kellu dehriet f’moħħu waqt li kien mimdud fuq friexu. Wara mbagħad huwa kiteb ġabra tagħha fil-qosor.;

3u mill-baħar ħarġu erba’ bhejjem kbar, waħda mhijiex bħall-oħra.

4L-ewwel waħda kienet qisha ljun bil-ġwienaħ ta’ ajkla. Jiena u nħares, ġwenħajha nqalgħulha; intrefgħet mill-art, waqqfuha fuq riġlejha bħal bniedem, u tawha qalb ta’ bniedem.

5U ara, kien hemm bhima oħra, it-tieni waħda, qisha ors, u waqqfuha fuq ġenb wieħed; f’ħalqha, bejn snienha, kellha tliet kustilji. ‘Qum,’ qalulha, ‘kul laħam kemm trid.’

6Imbagħad ħarist, u ara, kien hemm oħra, qisha ljupard b’erba’ ġwienaħ ta’ tajra fuq dahru; din il-bhima kellha erbat irjus, u tawha setgħa kbira.

7Wara dan ħarist fl-istess dehriet li kelli billejl, u ara, kien hemm ir-raba’ waħda, bhima tal-biża’ u twerwrek, ta’ saħħa tal-għaġeb, bi snien kbar tal-ħadid; bdiet tiekol u tfarrak, u tgħaffeġ il-fdal taħt saqajha. Din kellha għaxart iqrun, u ma kinitx bħall-bhejjem l-oħra ta’ qabilha.; tlieta mill-qrun l-oħra nqalgħu minn għeruqhom quddiem dan il-qarn li kellha għajnejn bħal ta’ bniedem u fommu jlablab ħafna kliem arroganti.

9“Kont għadni qiegħed inħares,

meta tqiegħdu xi tronijiet,

u wieħed Xiħ fl-għomor qagħad bilqiegħda;

ilbiesu abjad silġ, u xuxtu bajda suf;

ilsna tan-nar it-tron tiegħu,

nar iħeġġeġ ir-roti tiegħu;

10xmara ta’ nar kienet għaddejja,

ħierġa minn quddiemu;

eluf ta’ eluf kienu jaqduh,

u għaxart elef ta’ għaxriet ta’ eluf wieqfa quddiemu.

Il-Qorti qagħdet bilqiegħda,

u l-kotba nfetħu.

11“Jien bqajt inħares; imbagħad, minħabba l-għajjat u l-kliem arroganti li kien qiegħed jgħid il-qarn, waqt li kont inħares, lill-bhima qatluha, u ġisimha qerduh u tawh għan-nar.,

ġej mis-sħab tas-sema,

li baqa’ sejjer sax-Xiħ fl-għomor

u ressquh quddiemu.

14U tawh ħakma, ġieħ, u saltna,

biex lilu jaqdi kull ġens, u poplu, u lsien.

Ħakmietu ħakma għal dejjem li ma tgħaddix,

u saltnatu li ma tinqeridx.

15“Jien, Danjel, ħassejtni mnikket fija nnifsi fl-ispirtu, u d-dehriet ta’ moħħi ħawduni.

16Ersaqt lejn wieħed minn dawk li kienu hemm wieqfa, u staqsejtu fuq dan kollu biex inkun żgur. U hu kellimni u għarrafni xi tfisser din il-ħaġa.

17‘Dawn l-erba’ bhejjem kbar huma erba’ slaten li għad jiġu fuq l-art.

18Imma s-saltna jirċevuha l-qaddisin ta’ Alla l-Għoli, u s-saltna tibqa’ tagħhom għal dejjem, u għal dejjem ta’ dejjem.’ l-Għoli biex jifni lill-qaddisin tal-Għoli, u jkun irid ibiddel iż-żminijiet u l-liġi, u dawn jingħatawlu f’idejh għal żmien, żminijiet u nofs żmien.Dan 11,36; 8,14; 12,7; Apk 12,14.

26Imbagħad il-Qorti toqgħod bilqiegħda, u s-setgħa tiegħu jeħduhielu, biex ineħħuh u jeqirduh u jtemmuh.

27Is-saltna u s-setgħa u l-kobor tas-saltniet ta’ taħt is-smewwiet kollha jingħataw lill-poplu tal-qaddisin ta’ Alla l-Għoli. Saltnatu saltna għal dejjem, u kull setgħa taqdih u tisma’ minnu.’

28Sa hawn; tmien id-diskors. Jien, Danjel, tħawwadt ħafna b’dawn il-ħsibijiet, il-bixra ta’ wiċċi tbiddlet, u żammejt dan kollu f’qalbi.”

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help