1Kif qal dan, Ġesù ħareġ mad-dixxipli tiegħu u qasam għan-naħa l-oħra tal-Wied ta’ Kedron; hemmhekk kien hemm ġnien, u daħal fih mad-dixxipli tiegħu.Ġesù quddiem il-qassis il-kbir(Mt 26,27-58; Mk 14,53-54; Lq 22,54)
12Imbagħad is-suldati u l-kaptan tagħhom flimkien mal-għases tal-Lhud, qabdu lil Ġesù u rabtuh.
13L-ewwel ħaduh għand Anna, billi dan kien missier il-mara ta’ Kajfa, il-qassis il-kbir f’dik is-sena.Pietru jerġa’ jiċħad lil Ġesù(Mt 26,71-75; Mk 14,69-72; Lq 22,58-62)
25Xmun Pietru mela kien qiegħed hemm għas-sħana; u qalulu: “Int m’intix ukoll wieħed mid-dixxipli tiegħu?” Imma hu ċaħad u qal: “Le m’iniex.”Ġesù quddiem Pilatu(Mt 27,1-2.11-14; Mk 15,1-5; Lq 23,1-5)
28Imbagħad ħadu lil Ġesù mingħand Kajfa għall-Pretorju. Kien filgħodu kmieni. Huma ma daħlux fil-Pretorju, għax ma ridux jitniġġsu, biex ikunu jistgħu jagħmlu l-ikla tal-Għid.
29Pilatu ħareġ barra ħdejhom u qalilhom: “X’akkuża għandkom kontra dan ir-raġel?”
30U huma weġbuh: “Li kieku dan ma kienx raġel ħażin aħna ma konniex nagħtuh f’idejk.”
31Pilatu qalilhom: “Ħuduh intom, u ġġudikawh intom skont il-liġi tagħkom.” Imma l-Lhud qalulu: “Aħna ma għandna setgħa noqtlu lil ħadd.”.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.