IL-KTIEB TAL-GĦERF Ħarsa ħafifa lejn il-ktieb - Maltese Bible with DC

Ħarsa ħafifa lejn il-ktiebOriġinarjament miktub bil-Grieg minn awtur Lhudi mhux magħruf, dan il-ktieb irid ixandar it-tradizzjoni Lhudija mżewqa ma’ ideat filosofiċi Griegi. Bihom, l-awtur irid jgħallem li Alla dejjem jippremja lil kull min jibqa’ leali lejh.L-isem tal-ktieb, kultant insibuh imniżżel bħala Il-Ktieb tal-Għerf ta’ Salamun, iżda hemm provi li dan il-ktieb inkiteb fi żmien id-dijaspora, meta l-Lhud infirxu f’ħafna pajjiżi. Il-biċċa l-kbira nġabru fl-Eġittu u f’Lixandra fejn hu kkalkulat li kienu jgħixu madwar il-200,000 Lhudi qrib l-ewwel seklu QK. L-awtur hu aktarx wieħed minn dawn ir-residenti Lhud fl-Eġittu. Imma l-Lhud u l-insara Protestanti m’aċċettawx dan il-ktieb bħala ispirat għalkemm kien popolari ħafna.Insibu tliet taqsimiet fil-Ktieb tal-Għerf. L-għerf għall-bniedem hu ħajja għal min jgħixu u mewt għal min jiċħdu. Sensiela ta’ kwadri li jagħtu ħjiel tas-sitwazzjoni tat-tajbin u tal-ħżiena kemm fid-dinja u kemm f’Jum il-Ġudizzju (1,1—6,21).It-tieni taqsima, forsi l-aktar magħrufa, hi t-tifħir tal-Għerf li l-awtur ipoġġi fuq fomm Salamun. Għandna t-talba li Salamun jagħmel lil Alla biex jikseb l-għerf biex imexxi tajjeb lill-poplu (6,22—9,18).Il-kapitli 10 sa 19 huma eżempji konkreti tal-għerf ta’ Alla kif deher fl-istorja tas-salvazzjoni, speċjalment fiż-żmien tal-ħruġ tal-poplu mill-jasar tal-Eġittu. F’dawn l-eżempji, il-Lhud huma r-rappreżentanti ta’ min jilqa’ l-għerf ta’ Alla u allura jgawdi, u l-Eġizzjani huma dawk li jiċħdu dan l-għerf u hekk mexjin għall-kastig u l-qerda.Il-kunċett tal-eternità u l-hena, li huma t-tema tal-ewwel taqsima u l-punt predominanti tal-ktieb, jagħtu nota ta’ ottimiżmu mhux biss lill-ħajja, imma wisq iktar għal dak li hemm jistenna lill-bniedem wara mewtu.U jekk wieħed iħobb is-sewwa,it-taħbit tiegħu hu virtù.Għax hu mgħallem tal-qjies u tal-għaqal,tal-ġustizzja u tal-qawwa.Xejn fil-ħajja ma hemm aqwa minn dawn għall-bniedem.U jekk wieħed jixxennaq għal esperjenza kbira,l-għerf jaf l-imgħoddi u jintebaħ bil-ġejjieni (8,7-8).It-taqsim tal-ktiebGħat-tajbin m’hemmx mewt imma għall-ħżiena hemm il-kastig (1,1—5,23)Tifħir lill-Għerf (6,1—9,18)L-Għerf jipproteġi lill-Poplu ta’ Alla u jikkastiga lill-għadu (10,1—12,27)Il-bluha tal-idolatrija (13,1—15,13)Il-barka u l-kastig waqt l-eżodu (15,14—19,22)
Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help