1Nirrikkmandalkom lil Febi oħtna, li qiegħda sservi lill-knisja ta’ Kenkri;
2ilqgħuha fil-Mulej, kif jixraq lill-qaddisin, u agħtuha kulma teħtieġ mingħandkom, għax hi stess kienet ta’ għajnuna għal ħafna, u għalija wkoll.
3Selluli għal Priska u Akwila, li ħadmu miegħi fi Kristu Ġesù,. u priġunieri miegħi, magħrufa fost l-appostli, u li emmnu fi Kristu qabli.
8Sellu għal Amplijatu, il-maħbub tiegħi fil-Mulej.
9Sellu għal Urbanu li ħadem magħna fi Kristu, u Staki l-maħbub tiegħi.
10Sellu għal Apelli li ta x-xhieda tiegħu nnifsu għal Kristu. Sellu għall-familja ta’ Aristobulu.
11Sellu għal Erodjon, il-qarib tiegħi. Sellu wkoll għal dawk li huma fil-Mulej fid-dar ta’ Narċissu.
12Sellu għal Trifena u Trifosa li qegħdin jitħabtu fil-Mulej. Sellu għal Persi l-maħbuba, li tħabtet ħafna fil-Mulej.
13Sellu għal Rufu l-magħżul fil-Mulej, u għall-omm tiegħu u tiegħi.
17Inħeġġiġkom, l-aħwa, biex toqogħdu attenti minn dawk li jġibu l-firda u t-tfixkil kontra t-tagħlim li intom tgħallimtu, u żommu ’l bogħod minnhom.
Il-grazzja ta’ Sidna Ġesù tkun magħkom.
21Isellmulkom Timotju, sieħbi fix-xogħol, Luqa u Ġason, u Sosipater, qrabati., li ktibt din l-ittra, fil-Mulej.
23Isellmilkom Gaju li laqa’ mhux biss lili, imma l-knisja kollha. Isellmilkom Erastu, l-amministratur tal-belt, u Kwartu ħuna.Glorja lil Alla
25Lil Alla li għandu l-qawwa
li jwettaqkom fl-Evanġelju li nħabbar jien,
jien u nxandar lil Ġesù Kristu,
skont ir-rivelazzjoni tal-misteru
li kien moħbi fis-skiet tal-eternità;
26lil dan Alla li issa rrivelalna dan il-misteru,
u għarrfu lill-ġnus bil-Kitba tal-Profeti,
skont l-ordni tiegħu, Alla ta’ dejjem,
biex iwassalhom għall-ubbidjenza tal-fidi;
27lil dan Alla, waħdu fl-għerf,
il-glorja għal dejjem ta’ dejjem
b’Ġesù Kristu. Ammen.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.