1Alla kellimhom u qalilhom dan kollu:
3“Ma jkollokx allat oħra għajri., li npatti l-ħażen tal-missirijiet fuq l-ulied sat-tielet u r-raba’ ġenerazzjoni lil dawk li jobogħduni;
8“Ftakar f’jum is-Sibt u qaddsu.
12“Weġġaħ lil missierek u lil ommok, sabiex jitkattru jiemek fuq l-art li l-Mulej, Alla tiegħek, jagħtik.
13“La toqtolx.
17“La tixtieqx dar għajrek: la tixtieqx il-mara ta’ għajrek, il-qaddej jew il-qaddejja tiegħu, l-għoġol jew il-ħmar tiegħu, u xejn minn kulma għandu għajrek.”
18Il-poplu kollu sama’ r-ragħad u ra l-beraq, u sama’ l-leħen tat-tromba u ra l-muntanja ddaħħan. U l-poplu beda jitriegħed u jitbeżża’, u qagħad ’il bogħod.L-artal tas-sagrifiċċju
21Il-poplu qagħad ’il bogħod, u Mosè resaq lejn is-sħaba mudlama li fiha kien hemm Alla.
22U l-Mulej qal lil Mosè: “Dan għid lil ulied Iżrael: ‘Intom rajtu li jien kellimtkom mis-sema.
23La tagħmlux ħdejja allat tal-fidda u la tagħmlux allat tad-deheb; la tagħmluhomx.Eż 20,3-4; 34,17; Dt 27,15.
24Intom tibnu artal mit-tajn tal-art u toffru fuqu s-sagrifiċċji tagħkom tal-ħruq u tas-sliem; in-nagħaġ u l-baqar tagħkom. F’kull post li fih irrid infakkar ismi, niġi u nbierkek.Eż 27,1-8; Lev 1,1; 3,1; Dt 12,5; 14,23; 16,6; 26,2.
25Jekk tagħmilli artal tal-ġebel, la tagħmlux tal-ġebel minġur, għax jekk inti tmidd l-għodda fuqu, jitniġġes.Dt 27,5-6; Ġoż 8,31.
26U titlax bit-taraġ fuq l-artal tiegħi, biex ma tikxifx l-għera tiegħek fuqu.’ ”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.