1Iż-żagħżugħ Samwel kien jaqdi l-Mulej ma’ Għeli; imma l-kelma tal-Mulej kienet rari f’dak iż-żmien, ftit kien hemm dehriet.
2Ġara li, jum wieħed, Għeli kien mistrieħ f’postu, għax għajnejh kienu bdew jintfew, u ma kienx jista’ jara.
3Il-musbieħ ta’ Alla kien għadu ma ntefiex, u Samwel kien mimdud fit-tempju tal-Mulej, fejn kien hemm l-arka ta’ Alla. jekk taħbili xi ħaġa minn kulma qallek.”
19Samwel kiber, u l-Mulej kien miegħu, u ma ħalla ebda kelma milli qal tmur fix-xejn.Ġen 39,2; 1 Sam 2,21.
20U Iżrael kollu, minn Dan sa Birsaba, għaraf li Samwel kien tassew profeta tal-Mulej,
21u l-Mulej baqa’ jidher f’Silo, għax hemm kien għarraf lilu nnifsu lil Samwel, f’Silo, permezz tal-kelma tal-Mulej.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.