1Qabditni bħal diqa f’qalbi, u nfexxejt nolfoq u nibki; u bdejt nitlob u nitniehed:
2“Int ġust, Mulej, u kulma tagħmel hu sewwa; imġibtek hi kollha ħniena u sewwa. Int tagħmel ħaqq mid-dinja.
3“Issa ftakar fija, Mulej, u ħares lejja. Titħallasx minn dnubieti u n-nuqqasijiet tiegħi, jew ta’ missirijieti. Huma dinbu quddiemek milli ngħix; għax smajt biżżejjed tagħjir u gideb, u għandi għali u swied il-qalb kbir. Mulej, agħmel li neħles minn dawn id-dwejjaq, ħallini mmur fil-post ta’ dejjem, iddawwarx wiċċek minni, Mulej. Jaqbilli mmut milli ngħix iżjed f’dawn id-dwejjaq kollha, u nisma’ aktar min jgħajjarni.”Sara bint Ragħwel
7Dakinhar stess ġara li Sara bint Ragħwel, li kien joqgħod f’Ekbatana tal-Medja, semgħet waħda mis-sefturi ta’ missierha tgħajjarha
8li kienu żewġuha lil sebat irġiel, u Asmodew, l-ispirtu ħażin, qatilhom qabel ma laħqu resqu lejha bħalma hu soltu għan-nisa miżżewġa. Din is-seftura qaltilha: “Int il-qattiela ta’ żwieġek. Ara, iżżewwiġt sebat irġiel u isem ħadd minnhom ma writt!
9Għala ssawwatna minħabba żwieġek, ladarba mietu? Mur magħhom. Jalla ma naraw qatt minnek u la tifel u la tifla.”
10Meta semgħet dan imtliet bi swied il-qalb, u nfexxet tibki. Telgħet fuq il-bejt ta’ missierha, u riedet titgħallaq. Iżda reġgħet ħasbitha u qalet bejnha u bejn ruħha: “Nibża’ li jgħajru lil missieri u jgħidulu: ‘Kellek tifla waħda għażiża, u hi tgħallqet minħabba l-hemm tagħha.’ Għaliex għandi nwassal fil-qabar bl-għali x-xjuħija ta’ missieri? Aħjar għalija ma nitgħallaq xejn, imma nitlob lil Alla li mmut u ma nismax aktar dan it-tagħjir f’ħajti.”
11Dak il-ħin stess fetħet idejha lejn it-tieqa, u bdiet titlob u tgħid:
“Imbierek int, Alla ħanin;
Imbierek ismek għal dejjem ta’ dejjem;
Iberkuk dejjem l-opri tiegħek!
12“Lejk illum indawwar wiċċi u għajnejja;
13agħmel li neħles minn din id-dinja, u ma nismax tagħjir aktar.
14Int taf, Sidi, li jien safja minn kull tinġis ta’ raġel,
15u qatt ma tebbajt ismi jew isem missieri fl-art tal-jasar tiegħi.
“Jien il-bint waħdanija ta’ missieri, u ebda iben ma għandu biex ikun il-werriet tiegħu; lil ħadd ma għandu li jiġi minnu mill-qrib jew mill-bogħod, li jista’ jżewwiġni lilu. Diġà mituli sebgħa. X’jiswieli li jien ngħix? Jekk int ma tibgħatlix il-mewt, għallinqas agħti kas tat-tagħjir kontrija.”
16Fl-istess ħin il-talba tal-waħda u tal-ieħor instemgħet quddiem il-maestà ta’ Alla,
17u ntbagħat Rafel biex ifejjaqhom it-tnejn; lil Tobit jeħilsu mit-tbajja’ tal-bjada ta’ għajnejh, biex bihom jara d-dawl ta’ Alla, u lil Sara bint Ragħwel, jagħtiha lil Tobija bin Tobit b’martu, u jeħlisha minn Asmodew, l-ispirtu ħażin, għax Tobija kien imissu jiritha qabel dawk kollha li riedu jiżżewġuha.
Fl-istess ħin Tobit daħal fil-bitħa ta’ daru; u Sara bint Ragħwel niżlet minn fuq.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.