1 KRONAKI 15 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 15L-arka f’Ġerusalemm

1David bena għalih djar fil-Belt ta’ David, u ħejja post għall-arka ta’ Alla u talla’ għarix għaliha.

2U mbagħad David qal: “Ħadd ma jista’ jġorr l-arka ta’ Alla ħlief il-Leviti: għax lilhom għażel il-Mulej biex iġorru l-arka tal-Mulej, u jservuh għal dejjem.”

3U David laqqa’ lill-poplu ta’ Iżrael kollu f’Ġerusalemm biex italla’ l-arka tal-Mulej f’postha li kien ħejja għaliha.

16U David ordna lill-kapijiet tal-Leviti li jqassmu ’l ħuthom, il-mużiċisti bl-istrumenti tad-daqq - arpi, ċetri, ċnieċel - u jgħollu u jsemmgħu leħinhom għoli b’sinjal ta’ ferħ.;

21u Mattitija, Elifleħu, Mikneja, Għobededom, Ġegħijel u Għażażija, kellhom idoqqu ċ-ċetri b’leħen baxx, biex isostnu l-vuċi.

22U Kenanija, kap tal-Leviti fil-kant, kellu jiddirieġi l-kant għax kien jifhem.David quddiem l-arka

25U ġara li David, u x-xjuħ ta’ Iżrael, u l-kapijiet tal-eluf marru jtellgħu l-arka tal-patt tal-Mulej minn dar Għobededom bil-ferħ.

26U ġara li billi Alla għen lil-Leviti, li kienu jġorru l-arka tal-patt tal-Mulej, offrew b’sagrifiċċju seba’ għoġiela u seba’ mtaten.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help