1Ulied il-profeti qalu lil Eliżew: “Ara, il-post li qegħdin fih miegħek żgħir wisq għalina.
2Ħa mmorru sal-Ġordan, u nieħdu minn hemm zokk kull wieħed, u nibnu hemm post għalina fejn noqogħdu.” U hu weġibhom: “Morru”.
3U wieħed minnhom qallu: “Jekk jogħġbok, ejja mal-qaddejja tiegħek.” U Eliżew wieġeb: “Niġi.”
4U mar magħhom, u waslu sal-Ġordan, u bdew jaqtgħu l-injam.
5Ġara li wieħed minnhom, hu u jqaċċat siġra, waqagħlu l-ħadid tal-mannara fl-ilma, u beda jgħajjat u jgħid: “Ah, sidi, dik isselliftha!”
6U l-bniedem ta’ Alla staqsieh: “Fejn waqgħet?” U wrieh il-post, Eliżew imbagħad qata’ fergħa, u tefagħha hemm, u l-ħadid tala’ fil-wiċċ.
7U qallu: “Erfgħu!” U medd idu u refgħu.
Eliżew u l-Aramin8Is-sultan ta’ Aram kien qiegħed jitqabad ma’ Iżrael, u ta parir lill-qaddejja tiegħu, u qalilhom: “Nistaħbew fit-tali u t-tali post.”
9U l-bniedem ta’ Alla bagħat jgħid lis-sultan ta’ Iżrael: “Qis li ma tgħaddix minn dak il-post, għax hemm l-Aramin moħbija.”
10U s-sultan ta’ Iżrael bagħat jitkixxef il-post li qallu bih u widdbu l-bniedem ta’ Alla; u qagħad jgħasses hemm mhux darba u tnejn.
11U s-sultan ta’ Aram tħawwad f’qalbu għal din il-ħaġa, u sejjaħ lill-qaddejja tiegħu u qalilhom: “Ma tafux tgħiduli min minna hu mas-sultan ta’ Iżrael, hux?”
12U wieħed mill-qaddejja wieġbu: “Ħadd, Sultan sidi! Imma Eliżew, il-profeta li hemm f’Iżrael, jgħarraf lis-sultan ta’ Iżrael bil-kliem li int tgħid fl-għorfa fejn torqod!”
13U qalilhom: “Morru u araw fejn hu, ħa nibgħat naqbdu.” U għarrfuh u qalulu: “Qiegħed f’Dotan.”
14U l-għada filgħodu bagħat żwiemel u karrijiet, u qatgħa kbira ta’ nies armati; u waslu billejl u dawru l-belt.
15U l-qaddej tal-bniedem ta’ Alla qam kmieni filgħodu u ħareġ barra, u ra eżerċtu sħiħ madwar il-belt, u żwiemel u karrijiet. U l-qaddej tiegħu qallu: “Ah! sidi, x’se nagħmlu?”
16U wieġbu: “La tibżax! hemm nies aktar magħna milli magħhom.”
17U Eliżew beda jitlob u jgħid: “Mulej, iftaħlu għajnejh biex jara.” U l-Mulej fetaħ għajnejn il-qaddej, u dan ra l-għolja mimlija żwiemel u karrijiet tan-nar madwar Eliżew. ħmieġ tal-ħamiem ħames xwiekel tal-fidda.
26U s-sultan ta’ Iżrael kien għaddej fuq il-ħitan, u mara bdiet tgħajjatlu: “Għajnuna, sidi s-sultan!”
27U hu weġibha: “Jekk ma jgħinekx il-Mulej, biex nista’ ngħinek jien? Mill-qiegħa jew mill-magħsar?”
28U żied jistaqsieha s-sultan: “X’għandek int?” U l-mara qaltlu: “Din il-mara qaltli: ‘Agħtini lil ibnek, u nikluh illum; u lil ibni nikluh għada.’
32U Eliżew kien qiegħed f’daru, u x-xjuħ kienu miegħu, u s-sultan bagħat raġel minn għandu. Imma qabel ma wasal għandu l-messaġġier, Eliżew qal lix-xjuħ: “Qegħdin taraw? Dan l-iben ta’ qattiel bagħat ineħħili rasi. Oqogħdu għassa! Malli jasal il-messaġġier agħlqu l-bieb u żommuh fil-bieb. M’intomx tisimgħu ħoss il-passi ta’ sidu warajh?”
33Kien għadu jkellimhom, u hemm hu s-sultan, nieżel ħdejh. U qallu: “Ara, din il-ħsara kollha mingħand il-Mulej. X’nistenna aktar mingħand il-Mulej?”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.