1“Intom ulied il-Mulej, Alla tagħkom: la tqattgħux ġisimkom, lanqas taqtgħu xagħarkom ta’ bejn għajnejkom minħabba xi mejjet.Bhejjem safja u bhejjem imniġġsa
3“Ma għandek tiekol xejn mistkerrah.
9“Minn kulma jgħix fl-ilma tistgħu tieklu dawn: tistgħu tieklu minn dawk li għandhom il-ġwienaħ u l-qxur;
10imma m’għandkomx tieklu minn dawk li m’għandhomx ġwienaħ u qxur, għax dawn huma mniġġsa għalikom.
11“Tistgħu tieklu kull għasfur safi.
12Ma tistgħux tieklu mill-ajkla, il-bugħadam, il-kuċċarda,
13is-seqer, kull xorta ta’ bies;
14kull xorta ta’ għareb;
15in-nagħma, il-kokka, il-gawwija, u s-seqer ta’ kull xorta;
16il-barbaġann, omm is-sibjien, iż-żinna;
17il-qwaqq, it-tiġieġa tal-baħar,
18il-margun; il-laqlâq u kull xorta ta’ russett; id-daqquqa tal-pinnaċċ u l-farfett il-lejl.
19Kull dud li jtir qisuh imniġġes għalikom; tiklux minnu.
20Tistgħu tieklu minn kull tajra safja.
21“Tiklux mill-ebda bhima mejta: tista’ tagħtiha lill-frustier li jkun jgħammar fi blietek biex jiekol minnha, jew tbigħha lill-barrani. Għax int poplu kkonsagrat lill-Mulej, Alla tiegħek. La tgħallix gidi f’ħalib ommu!L-għexur
22“Ħu mill-għaxra waħda mill-frott tal-miżirgħa tiegħek, minn kulma trodd l-art kull sena.
24“Jekk imbagħad ikollok triq twila żżejjed u ma tkunx tista’ ġġorru, għax il-post li l-Mulej, Alla tiegħek, ikun għażel biex iqiegħed ismu fih ikun ’il bogħod minnek, meta l-Mulej, Alla tiegħek, ikun bierkek,
25bigħ l-għexur tal-frott, u l-flus sorrhom u ħudhom miegħek fil-post li l-Mulej, Alla tiegħek, ikun għażel.
26Hemm tonfoq il-flus f’kulma tixtieq qalbek; baqar, nagħaġ, inbid, xorb, u kulma tgħidlek qalbek, u tikolhom hemm quddiem il-Mulej, Alla tiegħek, u tifraħ, int u l-familja tiegħek.
27“Imma tinsiex il-Levita li jkun fi blietek, għax dan ma għandu ebda sehem u wirt miegħek.Dt 12,12.
28Kull tliet snin, fl-aħħar tas-sena, tiġbor mill-għaxra waħda tal-frott ta’ dik is-sena u tqegħedha ħdejn bwieb blietek,Dt 26,12; Num 18,20.
29u mbagħad jiġi l-Levita, li ma għandux sehem u wirt miegħek, il-barrani, l-iltim u l-armla, li jkunu fi blietek, u jieklu u jixbgħu, biex ibierkek il-Mulej, Alla tiegħek, f’kulma tagħmel idek.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.