1Ġesù raġa’ qabad ikellimhom bil-parabboli u qalilhom:
2“Is-Saltna tas-smewwiet tixbah lil wieħed sultan li għamel festa għat-tieġ ta’ ibnu.
3U bagħat għall-mistednin mal-qaddejja tiegħu biex jiġu għall-festa; imma dawk ma ridux jiġu.
4U reġa’ bagħat qaddejja oħra, u qalilhom, ‘Għidu lill-mistednin: Ara, il-mejda tiegħi lesta; il-barrin u l-għoġiela msemmna diġà maqtula u kollox lest; ejjew għall-festa.’
5Iżda dawk ma tawx kas; min mar l-għalqa, min għan-negozju tiegħu,
6u l-bqija qabdu lill-qaddejja tas-sultan, żebilħuhom u qatluhom.Il-kmandament il-kbir(Mk 12,28-34; Lq 10,25-28)
34Il-Fariżej, meta semgħu kif lis-Sadduċej kien saddilhom ħalqhom, inġabru madwaru,
35u wieħed minnhom, għaref fil-Liġi, għamillu din il-mistoqsija biex iġarrbu:
36“Mgħallem, liema hu l-kmandament il-kbir, fil-Liġi?”
37Qallu Ġesù: “Ħobb lill-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, b’ruħek kollha, u b’moħħok kollu.’Mistoqsija dwar bin David(Mk 12,35-37; Lq 20,41-44)
41Kif kellu l-Fariżej miġbura madwaru, Ġesù staqsiehom:
42“Intom x’jidhrilkom dwar il-Messija? Bin min hu?” “Bin David,” qalulu.
44 ‘Il-Mulej qal lil Sidi:
Oqgħod fuq il-lemin tiegħi,
sa ma nkun qegħedt l-għedewwa tiegħek
taħt riġlejk’?
45Jekk David isejjaħlu Sidu, kif inhu ibnu?”
46U ħadd minnhom ma kellu l-ħila jwieġeb, u minn dak inhar ’il quddiem ħadd iżjed ma ssogra jagħmillu mistoqsija oħra.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.