LUQA 1 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 1Dedika lil Teofilu

1Bosta kienu dawk li ħadu f’idejhom ix-xogħol li jiġbru bl-ordni f’rakkont wieħed il-ġrajja li seħħew fostna,

2kif għaddewhom lilna dawk li sa mill-bidu rawhom b’għajnejhom stess u saru ministri tal-kelma., wara li bir-reqqa kollha qgħadt infittex it-tagħrif dwar kulma ġara sa mill-bidu nett, deherli li għandi niktiblek kollox ħaġa b’ħaġa,.

8Mela ġara li Żakkarija kien qiegħed jaqdi dmiru ta’ qassis quddiem Alla, għax kien imissha t-taqsima tiegħu,

9u, skont id-drawwa tal-liturġija, intgħażel hu bix-xorti biex jidħol ġewwa fis-santwarju tal-Mulej ħalli jaħraq l-inċens.

21Sadattant il-poplu kien qiegħed jistenna lil Żakkarija, u kulħadd stagħġeb bid-dewmien tiegħu fis-santwarju.

22Meta mbagħad ħareġ, ma setax ikellimhom, u ntebħu li kellu xi dehra fis-santwarju. Beda jfehemhom bis-sinjali, u baqa’ mbikkem.

23Wara li mbagħad għalaqlu ż-żmien tas-servizz tiegħu, raġa’ lura lejn id-dar.

24Xi żmien wara, martu Eliżabetta nisslet fil-ġuf, u għal ħames xhur sħaħ fittxet li tinħeba min-nies, għax bdiet tgħid:

25“Hekk għamel miegħi l-Mulej, li għoġbu jneħħili minn fuqi l-għajb li kelli quddiem in-nies!”It-taħbira tat-twelid ta’ Ġesù Kristu

26Imbagħad fis-sitt xahar Alla bagħat l-anġlu Gabrijel f’belt tal-Galilija, jisimha Nazaret,

27għand xebba, mgħarrsa ma’ raġel jismu Ġużeppi mid-dar ta’ David. Dix-xebba kien jisimha Marija., mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek.”

29Hi tħawdet ħafna għal dan il-kliem, u bdiet taħseb bejnha u bejn ruħha x’setgħet qatt tfisser din it-tislima.

30Iżda l-anġlu qalilha: “Tibżax, Marija, għax inti sibt grazzja quddiem Alla.

31Ara, inti se tnissel fil-ġuf u jkollok iben u ssemmih Ġesù., u ma jkunx hemm tmiem għas-saltna tiegħu.”?”

35Wieġeb l-anġlu u qalilha: “L-Ispirtu s-Santu jiġi fuqek, u l-qawwa tal-Għoli tixħet id-dell tagħha fuqek. U għalhekk dak li jitwieled minnek ikun qaddis, u jissejjaħ Bin Alla., f’belt tal-Lhudija.

40Daħlet għand Żakkarija u sellmet lil Eliżabetta.

41Malli Eliżabetta semgħet lil Marija ssellmilha, it-tarbija qabżet fil-ġuf tagħha u Eliżabetta mtliet bl-Ispirtu s-Santu;!”Innu ta’ tifħir lil Alla minn Marija

46Imbagħad qalet Marija:

“Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej,

47u l-ispirtu tiegħi jifraħ f’Alla s-Salvatur tiegħi,

48għax hu xeħet għajnejh fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu.

Iva, minn issa ’l quddiem kull nisel isejjaħli hienja,

49għax is-setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar;

qaddis hu l-isem tiegħu.

50Il-ħniena tiegħu tinfirex f’kull żmien

fuq dawk li jibżgħu minnu.

51Hu wera l-qawwa ta’ driegħu,

xerred lil dawk li huma mkabbra f’qalbhom.

52Niżżel is-setgħana minn fuq it-tron tagħhom,

u għolla ċ-ċkejknin.

53Mela b’kull ġid lil min hu bil-ġuħ,

u l-għonja bagħathom ’il barra b’xejn.

54Ħa ħsieb Iżrael qaddej tiegħu,

għax ftakar fil-ħniena tiegħu,

55bħalma wiegħed lil missirijietna,

b’risq Abraham u nislu għal dejjem.”

56Marija baqgħet ma’ Eliżabetta għal tliet xhur u mbagħad reġgħet lura lejn darha.

It-twelid ta’ Ġwanni l-Battista

57Eliżabetta għalqilha ż-żmien biex teħles, u kellha tifel.

58Il-ġirien u qrabatha semgħu li l-Mulej wera ħniena kbira magħha, u marru jifirħu magħha.

59Meta mbagħad fit-tmien jum ġew biex jagħmlu ċ-ċirkonċiżjoni lit-tifel riedu jsemmuh Żakkarija għal missieru,:

68“Imbierek il-Mulej, Alla ta’ Iżrael,

għaliex ġie jżur u jifdi l-poplu tiegħu,

69u waqqaf għalina qawwa ta’ salvazzjoni

f’dar David qaddej tiegħu,

70bħalma wiegħed fl-imgħoddi

b’fomm il-profeti qaddisin tiegħu,

71biex isalvana mill-għedewwa tagħna,

u minn idejn dawk kollha li jobogħduna.

72B’hekk juri ħniena ma’ missirijietna

u jiftakar fil-patt qaddis tiegħu,

73fil-ħalfa li ħalef lil Abraham missierna:

li jagħtina l-grazzja

74li, wara li jeħlisna minn idejn l-għedewwa tagħna,

naqduh bla biża’,

75bil-ġustizzja u l-qdusija quddiemu ħajjitna kollha.

76U int, tfajjel,

tissejjaħ profeta tal-aktar Għoli,

għax tmur qabel il-Mulej

biex tħejjilu triqatu

77u tgħarraf lill-poplu tiegħu bis-salvazzjoni

permezz tal-maħfra ta’ dnubiethom,

78mogħtija mill-qalb ħanina ta’ Alla tagħna,

li mill-għoli jiġi jżurna bħax-xemx tielgħa;

79u jdawwal lil min jinsab

fid-dlamijiet u d-dell tal-mewt,

u jmexxi l-passi tagħna fit-triq tas-sliem.”

80It-tifel kiber u ssaħħaħ f’ruħu, u baqa’ jgħix fid-deżert sa dakinhar li ħareġ quddiem Iżrael.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help