1 KRONAKI 26 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 26Il-purtinara

1Dan kien it-tqassim tal-purtinara: mill-Koraħin kien hemm: Meselemija bin Kore minn Ebijasaf., erbgħa ħdejn it-triq, u tnejn għall-Parbar.

19Dan kien it-taqsim tal-purtinara minn fost ulied Koraħ u wlied Merari.

20Il-Leviti, ħuthom, kellhom jieħdu ħsieb l-imħażen tad-dar ta’ Alla, u l-imħażen tal-offerti mqaddsa.1 Slat 7,51; 1 Kron 28,12.

21Ulied Lagħdan, ulied il-Gersunin minn Lagħdan, il-kapijiet ta’ djar missirijiethom minn Lagħdan il-Gersuni: Ġeħijeli.1 Kron 23,7-8; 29,8.

22U wlied Ġeħijeli, Żetan u Ġoel, ħuh, kellhom jieħdu ħsieb l-imħażen ta’ dar il-Mulej.1 Kron 23,8-12.

23Mill-Għamramin, l-Isħarin, il-Ħebronin, l-Għużżijelin,

24Sebuwel bin Gersum bin Mosè kien suprentendent tal-imħażen.

25U minn ħutu minn Eligħeżer: Reħabija, u ibnu Isaija; Ġoram, ibnu; Żikri, ibnu; Selomot, ibnu.1 Kron 23,17-18; 24,21.

26Dan Selomot u ħutu kellhom jieħdu ħsieb il-ħażniet kollha tal-offerti mqaddsa, li s-sultan David u l-kapijiet tal-familji, u l-kmandanti tal-eluf u l-mijiet, u l-ġenerali tal-eżerċtu, kienu kkonsagraw.2 Sam 8,11.

27Kienu kkonsagrawhom mid-dħul tal-gwerra u l-priżi għall-manutenzjoni ta’ dar il-Mulej.Num 31,48-54.

28U kulma kien ikkonsagra Samwel, il-veġġent, Sawl bin Kis, Abner bin Ner, u Ġowab bin Seruja - dawn il-ħwejjeġ kollha kkonsagrati kienu fi ħsieb Selomot u ħutu.

29Mill-Isħarin, Kenanija u wliedu kellhom jieħdu ħsieb l-affarijiet ċivili ta’ Iżrael, bħala kummissarji u mħallfin.

30Mill-Ħebronin, Ħasabija u ħutu, elf u seba’ mitt raġel ta’ ħila kbira, kellhom jieħdu ħsieb Iżrael, in-naħa tal-Punent tal-Ġordan, fil-ħwejjeġ kollha tal-Mulej u s-servizz tas-sultan.1 Kron 27,17; Neħ 11,15-16.

31Mill-Ħebronin, Ġerija kien il-kap tal-Ħebronin skont nisilhom u d-djar ta’ missirijiethom. Fis-sena erbgħin tas-saltna ta’ David bdew ifittxu u sabu f’nofshom nies ta’ ħila kbira f’Ġagħżer ta’ Gilgħad.Ġoż 13,25; 1 Kron 23,19; 29,27.

32Is-sultan David, lilu u ħutu - elfejn u seba’ mitt raġel ta’ ħila, kapijiet ta’ djar missirijiethom - tahom is-setgħa fuq ir-Rubenin, il-Gadin u nofs it-tribù ta’ Manassi, biex jieħdu ħsieb kulma kellu x’jaqsam mal-Mulej u jmiss lis-sultan.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help