DANJEL BIL-GRIEG 5 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 5Il-festa ta’ Beltassar

1Is-sultan Beltassar għamel ikla kbira lil elf mill-kbarat tiegħu, u quddiem dawn l-elf qabad jixrob l-inbid.

2Kif daq l-inbid, Beltassar bagħat iġib it-tazzi tad-deheb u tal-fidda, li missieru Nabukodonosor kien ġieb mit-tempju ta’ Ġerusalemm, biex minnhom jixrob is-sultan u l-kbarat tiegħu, in-nisa tiegħu u l-konkubini l-oħra li kellu.

5Minnufih ħarġu swaba’ ta’ id ta’ bniedem, u bdew jiktbu biswit il-gandlier, fuq il-ġir tal-ħajt tal-palazz tas-sultan. Is-sultan raha dik l-id miftuħa hi u tikteb.

6Imbagħad is-sultan wiċċu tbiddel u ħsibijietu ħasduh, il-ġogi ta’ ġenbejh inħallu, u rkupptejh bdew iħabbtu ma’ xulxin.

7Is-sultan, jgħajjat kemm jiflaħ, bagħat għall-bassara, għall-Kaldin, u għall-astroloġi. Lil dawn l-għorrief ta’ Babilonja s-sultan qabad u qalilhom: “Porpra jilbes min jaqra din il-kitba u jfissirhieli, u kullana tad-deheb ma’ għonqu, u jkun it-tielet wieħed fost il-ministri tas-sultan.”.’

26It-tifsira tal-kliem hija din: Mene, Alla għadd il-jiem ta’ saltnatek u temmha;

27Teqel, intiżint fil-miżien u kont misjub nieqes fil-piż;

28Parsin, saltnatek hija maqsuma u mogħtija lill-Medi u lill-Persjani.”

29Imbagħad, fuq ordni ta’ Beltassar, lil Danjel libbsuh il-porpra u kullana tad-deheb ma’ għonqu, u xandruh li sar it-tielet wieħed fis-saltna.

30Dak il-lejl Beltassar, is-sultan tal-Kaldin, qatluh.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help