SALMI 47 - Maltese Bible with DC

Salm 47Il-Mulej sultan tal-popli kollha

1Għall-mexxej tal-kor. Ta’ wlied Koraħ. Salm.

2Popli kollha, ċapċpu idejkom,

għajtu b’leħen ta’ ferħ lil Alla!

3Għax il-Mulej, l-Għoli, hu tal-biża’,

sultan kbir fuq l-art kollha.

4Irażżan il-popli taħtna,

il-ġnus iqiegħed taħt riġlejna.

5Hu jagħżlilna l-wirt tagħna,

il-kburija ta’ Ġakobb, il-maħbub tiegħu.

6Tela’ Alla b’għajjat ta’ ferħ,

il-Mulej bid-daqq tat-trombi.

7Għannu lil Alla, għannu,

għannu lis-sultan tagħna, għannu.

8Għax Alla s-sultan tal-art kollha:

għannulu bis-sengħa għanja sabiħa.

9Isaltan Alla fuq il-ġnus kollha,

joqgħod Alla fuq it-tron imqaddes tiegħu.

10Jinġemgħu l-kbarat tal-popli

mal-poplu ta’ Alla ta’ Abraham.

Għax ta’ Alla huma l-kapijiet tal-art;

hu fl-għoli fuq kulħadd.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help