1 SLATEN 9 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 9Il-Mulej ikellem lil Salamun

1Ġara li malli Salamun temm il-bini tat-tempju tal-Mulej, u l-palazz tas-sultan, u kulma għoġbu u xtaq li jagħmel, sal-lum.

14Ħiram kien bagħat lil Salamun mija u għoxrin talent deheb.

15Dan hu x-xogħol li sar mill-ħaddiema li ġabar bil-lieva s-sultan Salamun biex bena t-tempju tal-Mulej, il-palazz tiegħu, il-Millu, u s-swar ta’ Ġerusalemm, Ħasor, Megiddu u Geżer.

16Il-Fargħun, sultan tal-Eġittu, tala’ u ħa f’idejh lil Geżer, u taha n-nar u ħaraqha, u qatel lill-Kangħanin li kienu jgħammru fiha, u mbagħad taha b’dota lil bintu, mart Salamun.

17Għalhekk Salamun raġa’ bena l-belt ta’ Geżer u Betħoron ta’ isfel,

18Bagħlat u Tadmor fid-deżert,

19l-ibliet kollha tal-imħażen li kellu Salamun, u l-ibliet għall-karrijiet u l-ibliet għar-rikkieba u kulma kien jogħġob lil Salamun li jibni f’Ġerusalemm u fil-Libanu u fl-art kollha tas-saltna tiegħu.

20In-nies kollha li kien baqa’ mill-Amurrin, il-Ħittin, il-Periżżin, il-Ħiwwin u l-Ġebusin, li ma kinux minn ulied Iżrael -

26Is-sultan Salamun bena wkoll flotta f’Għesjon-geber, li tinsab ħdejn Elat f’xatt il-Baħar tal-Qasab fl-art ta’ Edom.

27U Ħiram bagħat il-qaddejja tiegħu mal-qaddejja ta’ Salamun fuq l-iġfien, u baħrin li jifhmu fil-baħar.

28Dawn marru sa Ofir mnejn ħadu erba’ mija u għoxrin talent deheb, u ħaduh għand is-sultan Salamun.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help