1Agħmel ħaqq miegħi int, Mulej,
u min-nies bla tjieba ddefendi l-kawża tiegħi;
min-nies qarrieqa u ħżiena eħlisni.
2Inti l-kenn tiegħi, o Alla;
għaliex warrabtni?
Għax għandi ngħix imdejjaq
taħt it-tagħkis tal-għadu?
3Ibgħat id-dawl tiegħek u s-sewwa tiegħek;
huma jmexxuni;
iwassluni sl-għolja mqaddsa tiegħek
u sal-għerejjex tiegħek.
4U nidħol ħdejn l-artal ta’ Alla,
ħdejn Alla, ferħ u hena tiegħi.
U rroddlok ħajr biċ-ċetra,
o Alla, Alla tiegħi.
5Għaliex tintelaq, ruħ tiegħi,
u titħawwad ġewwa fija?
Ittama f’Alla, għax jien nibqa’ nfaħħru;
hu l-għajnuna tiegħi u Alla tiegħi!
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.