1Meta temm dawn id-diskorsi kollha, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu:
2“Tafu li jumejn oħra jkun il-Għid, u Bin il-bniedem se jingħata biex isallbuh.”, għand Xmun il-lebbruż.
7U resqet lejh mara, b’vażett tal-alabastru biż-żejt ifuħ, jiswa ħafna, u ferrgħethulu fuq rasu xħin hu kien għadu fuq il-mejda.?” Wieġbu Ġesù: “Int qiegħed tgħidu.”
Il-twaqqif tal-Ewkaristija(Mk 14,22-26; Lq 22,15-20; Ġw 6,51-58; 1 Kor 11,23-25)26Huma u jieklu, Ġesù ħa l-ħobż f’idejh, qal il-barka, qasmu, newlu lid-dixxipli u qal: “Ħudu, kulu, dan hu ġismi.”, li jixxerred għall-kotra għall-maħfra tad-dnubiet. u ħarġu lejn l-Għolja taż-Żebbuġ.
u n-nagħaġ tal-merħla jitferrxu.’
32Imma wara li nqum mill-mewt, immur il-Galilija qabilkom.”Ġesù jitlob fil-Ġetsemani(Mk 14,32-42; Lq 22,39-46; Ġw 18,1)
36Imbagħad Ġesù flimkien mad-dixxipli tiegħu wasal f’qasam, jgħidulu l-Ġetsemani, u qal lid-dixxipli: “Oqogħdu bilqiegħda hawn sakemm immur hemmhekk nitlob.”Ġesù ttradut u arrestat(Mk 14,43-50; Lq 22,47-53; Ġw 18,2-11)
47Kif kien għadu jitkellem, ġie Ġuda, wieħed mit-Tnax, b’ġemgħa kbira ta’ nies miegħu, armati bis-sjuf u l-bsaten, mibgħuta mill-qassisin il-kbar u x-xjuħ tal-poplu.
48Issa dak li kien se jittradih kien tahom sinjal u qalilhom: “Lil dak li nbus, dak hu: aqbduh.”
49U minnufih resaq fuq Ġesù u qallu: “Is-sliem għalik, Rabbi!” U biesu.
50U Ġesù qallu: “Ħabib, għalhekk ġejt int!” Huma resqu lejh, meddew idejhom fuq Ġesù u qabduh.
51Wieħed minn dawk li kienu ma’ Ġesù ħareġ idu u silet is-sejf, darab lill-qaddej tal-qassis il-kbir u qatagħlu widintu.
52Imbagħad Ġesù qallu: “Erġa’ daħħal sejfek f’postu għax kull min jaqbad is-sejf, bis-sejf jinqered. ta’ anġli?
54Iżda mbagħad kif isseħħ l-Iskrittura li tgħid li hekk għandu jsir?”
55Fl-istess waqt Ġesù qal: “Qiskom ħriġtu għal xi ħalliel, armati bis-sjuf u l-bsaten biex taqbdu lili! Jien kuljum kont inkun bilqiegħda fit-tempju ngħallem, u ma żammejtunix.”Ġesù quddiem il-kunsill tas-Sinedriju(Mk 14,53-65; Lq 22,54-55.68-71; Ġw 18,13-14.19-24)
57Dawk li qabdu lil Ġesù ħaduh quddiem Kajfa, il-qassis il-kbir, fejn ġa kienu nġabru l-kittieba u x-xjuħ.
58Pietru kien baqa’ miexi warajh mill-bogħod sal-palazz tal-qassis il-kbir; daħal ġewwa u qagħad bilqiegħda mal-qaddejja biex jara kif kienet se tintemm il-biċċa.
59Il-qassisin il-kbar u s-Sinedriju kollha bdew ifittxu xhieda foloz kontra Ġesù bil-ħsieb li jagħtuh il-mewt,
60iżda għalkemm resqu bosta xhieda foloz, ma sabux fuqiex jixluh. Fl-aħħar resqu tnejn
61u qalu: “Dan qal, ‘Nista’ nħott it-tempju ta’ Alla u nerġa’ nibnih fi tlitt ijiem.’ ”
bilqiegħda n-naħa tal-lemin ta’ dak li jista’ kollox
u ġej fuq is-sħab tas-sema.”
65Imbagħad il-qassis il-kbir ċarrat ilbiesu u qal: “Din dagħwa! Xi ħtieġa għandna iżjed ta’ xhieda? Ara, smajtuha issa d-dagħwa!.”
72U raġa’ ċaħad u ħalef: “Jien ma nafux lil dan il-bniedem!”
73Wara ftit dawk l-istess nies resqu lejn Pietru u qalulu: “Tassew, int ukoll wieħed minnhom, għax għandek il-kisra ta’ kliemek tikxfek.”
74Imbagħad qabad jisħet lilu nnifsu u jaħlef: “Le, ma nafux lil dan il-bniedem!” U minnufih is-serduk idden.
75U Pietru ftakar fil-kliem ta’ Ġesù meta qallu li ‘Qabel ma s-serduk jidden, int tkun ġa ċħadtni tliet darbiet.’ U ħareġ ’il barra jibki biki ta’ qsim il-qalb.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.