1Wara li kienu għaddew għoxrin sena biex Salamun bena t-tempju tal-Mulej u l-palazz tiegħu,, u bagħat l-Iżrael in jgħammru fihom.
3U mar Salamun Ħamat-soba u rebaħha.
4U bena Tadmor fid-deżert, u l-ibliet kollha tal-imħażen li hemm f’Ħamat.
14U waqqaf, skont l-ordnijiet ta’ David missieru, it-taqsimiet tal-qassisin għas-servizz tagħhom, u l-Leviti skont is-servizz tagħhom mal-qassisin ta’ kuljum, u l-purtinara skont it-taqsim tagħhom bieb bieb, għax hekk kienet l-ordni ta’ David, bniedem ta’ Alla.
15U ma warrbux l-ordnijiet tas-sultan dwar il-qassisin u l-Leviti fuq l-ebda ħaġa, anqas fuq it-teżori.
16U hekk intemm ix-xogħol kollu ta’ Salamun minn jum it-tqegħid tas-sisien tad-dar tal-Mulej sakemm temmha. Hekk id-dar tal-Mulej kienet mitmuma għalkollox.
17Imbagħad mar Salamun Għesjon-geber u Elat f’xatt il-baħar f’art Edom.Mt 12,42; Lq 11,31.
18U Ħuram bagħatlu, permezz tal-qaddejja tiegħu, ġfien u qaddejja jifhmu fil-baħar, u marru mal-qaddejja ta’ Salamun f’Ofir, u ġiebu minn hemm erba’ mija u ħamsin talent deheb u ġibuhom lis-sultan Salamun.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.