L-GĦANJA TAL-GĦANJIET 2 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 2

1Jiena r-ranġisa ta’ Saron,

il-ġilju tal-widien.

2Bħal ġilju qalb ix-xewk,

hekk hi l-maħbuba tiegħi fost ix-xebbiet.

3Tuffieħa qalb is-siġar tal-foresta

hekk huwa l-maħbub tiegħi qalb iż-żgħażagħ.

Kollni mixtieqa qgħadt bilqiegħda f’dellu,

u ħelu hu l-frott tiegħu għal togħmti.

4Daħħalni fil-kantini tal-inbid,

l-istendard tiegħu fuqi hi l-imħabba.

5Ejjew għinuni bil-ftajjar taż-żbib,

aħjuni bit-tuffieħ,

għax imradt bl-imħabba.

6- Bi driegħu tax-xellug iwieżen rasi,

u bil-lemin jgħannaqni.

7Bniet ta’ Ġerusalemm, nitlobkom b’ħerqa,

f’ġieħ l-għażżiela jew iċ-ċriev tar-raba’,

la tqajmux, le, la tqajmux l-imħabba,

qabel ma jogħġob lilha.

It-tieni taqsima tal-Għanja

12Fuq l-art ġa deher il-ward,

iż-żmien tal-għana wasal,

fuq artna nstama’ leħen il-gamiem.

13Diġà beda mit-tin ħiereġ il-frott,

in-nwar tad-dwieli jxerred riħa ħelwa.

Maħbuba tiegħi, qum,

ejja, ġmiel tiegħi!

14Ħamiema tiegħi ġewwa x-xquq tal-blat,

moħbija ġo xi rdum,

urini wiċċek,

semmagħli leħnek,

għax leħnek ħlejju,

u sbejjaħ wiċċek.

15Aqbdulna l-volpijiet,

il-frieħ tal-volpijiet,

dawk li jeqirdu d-dwieli,

għaliex id-dwieli tagħna ħarġu n-nwar.”

16Hu tiegħi l-maħbub tiegħi, jiena tiegħu,

li jirgħa qalb il-ġilji.

17Qabel ma taqa’ s-sirda

u d-dellijiet jaħarbu,

dur ’l hawn …! Maħbub tiegħi,

kun ixbah lill-għażżiela,

inkella ’l ferħ iċ-ċriev,

fuq il-muntanji ta’ Beter.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help