2 SAMWEL 16 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 16Siba u David

1Xħin David kien tbiegħed ftit mill-quċċata tal-għolja, jara ’l Siba, il-qaddej ta’ Mefiboset, ġej jilqgħu b’żewġt iħmir mixdudin, b’mitejn ħobża fuqhom u mitt għanqud żbib u mitt frotta mwaħħra u żaqq inbid.

4U s-sultan qal lil Siba: “Kulma għandu Mefiboset, kollu tiegħek!” U Siba wieġeb: “Inniżżel rasi quddiemek, jalla nsib ħniena quddiem sidi s-sultan.”Simgħi u David

5U s-sultan David wasal sa Baħurim. U joħroġ minn hemm raġel mit-tribù tal-familja ta’ Sawl, li kien jismu Simgħi bin Gera, miexi u jisħet,

11U David qal lil Abisaj u lill-qaddejja tiegħu kollha: “Araw, ibni li ħareġ mill-ġewwieni tiegħi, qiegħed ifittixli ħajti; kemm aktar issa, wieħed minn ulied Benjamin. Ħalluh jisħet, għax hekk ordnalu l-Mulej.

14U s-sultan u l-kotra li kellu miegħu waslu għajjiena ħdejn il-Ġordan u waqfu jistrieħu hemm.

15U Absalom u l-kotra ta’ Iżraelin li kellu miegħu waslu Ġerusalemm, u Aħitofel kien miegħu.

16U malli Ħusaj, l-Araki, il-ħabib ta’ David, wasal għand Absalom, Ħusaj qal lil Absalom: “Viva s-sultan! Viva s-sultan!”

20U Absalom qal lil Aħitofel: “Arawha bejnietkom: X’nagħmlu?”

21U Aħitofel wieġbu: “Ersaq lejn in-nisa ta’ missierek, li ħalla jieħdu ħsieb id-dar. U Iżrael kollu jsir jaf li ħkimt wirt missierek u b’hekk jitqawwew idejn min hu miegħek.”

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help