EŻEKJEL 21 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 21L-oraklu kontra n-Negeb

1U ġietni l-kelma tal-Mulej, u qalli:

2“O bniedem, dawwar wiċċek lejn Teman, u ħabbar kontra l-foresta tan-Negeb, tanbar lin-naħa tan-Nofsinhar,, li malli tasal tinħall kull qalb, jintelqu d-dirgħajn, u tintreħa kull ruħ, u jimxu fl-ilma l-irkupptejn. Ara! Waslet, seħħet! Oraklu ta’ Sidi l-Mulej.’ ”L-għanja tax-xabla

13U ġietni l-kelma tal-Mulej u qalli:

14“O bniedem, ħabbar u għid hekk: ‘Hekk jgħid Sidi l-Mulej:

15Xabla misnuna u llimata wkoll,

misnuna għall-qatla,

illimata biex tleħħ bħal beraq.

16Ħa tinħafen fl-id, bgħattha għall-illimar,

xabla misnuna u llimata,

lesta għall-qatla.

17Għajjat, ixher, o bniedem,

imdendla fuq il-poplu tiegħi,

imdendla fuq il-prinċpijiet kollha ta’ Iżrael,

mogħtija lkoll għax-xabla mal-poplu tiegħi.

18Agħti għalhekk, fuq ġniebek!

Tiġrib hemm lest għalikom.

Min se jeħodha kontra l-ħatar?

Jgħid Sidi l-Mulej.

19U int, O bniedem, ħabbar,

ċapċap idejk!

Tirdoppja x-xabla u ssir daqs tlieta,

ix-xabla tal-massakru;

din hi x-xabla tal-qatla l-kbira;

tross fuqhom minn kull naħa.

20Biex jinħallu qlubhom bil-biża’

jien qegħedt il-ponta tax-xabla f’kull bieb,

biex il-maqtulin joktru fi bwiebhom.

Iva, jien erħejt ix-xabla għall-massakru,

xabla maħduma biex tleħħ bħall-beraq,’

misnuna għall-qerda.

21Iddur lejn il-lemin,

iddur lejn ix-xellug,

kull fejn iddur ix-xabla toqtol.

22U jien ukoll idejja nċapċap,

u għadbi nserraħ.’

Jiena, il-Mulej, tkellimt.”

Nabukodonosor sultan ta’ Babilonja f’salib it-toroq

23U ġietni l-kelma tal-Mulej u qalli:

24“U int, o bniedem, ħażżeż żewġ toroq mnejn għad tgħaddi x-xabla tas-sultan ta’ Babilonja. It-tnejn joħorġu minn pajjiż wieħed. Naqqax sinjal f’ras it-triq li tieħu għall-Belt.

25Ħażżeż waħda mnejn tgħaddi x-xabla għal Rabbât, il-belt ta’ wlied Għammon, u oħra għal Ġuda u Ġerusalemm f’nofsha.

26“Għax is-sultan ta’ Babilonja waqaf f’salib it-toroq, f’ras żewġ toroq, biex jistħarreġ xortih; hu ħallat il-vleġeġ, stħarreġ it-terafim, stħarreġ il-fwied.

27F’idu l-leminija hemm ix-xorti bl-isem, ‘Ġerusalemm’ biex jiftaħ fommu u jordna l-qtil, jgħolli leħnu b’għajta ta’ gwerra, iqiegħed fil-bwieb l-għodda tal-gwerra għall-ħatt tas-swar, italla’ rampa u jagħlaqha b’ħajt.

29“Għalhekk dan jgħid Sidi l-Mulej: ‘Talli intom fakkartuni fil-ħażen tagħkom meta nkixfu dnubietkom u dehru ħtijietkom fl-għemejjel kollha tagħkom, ladarba ftakru fihom, tinqabdu żgur fix-xibka tagħhom.

L-umiljazzjoni tas-sultan Sedekija

30“U int, prinċep ta’ Iżrael, bniedem bla ġieħ u midgħi, waslet is-siegħa tiegħek, wasal jumek u żmien il-kastig tal-aħħar, u t-tmiem ta’ żmien ħżunitek.

31“Dan jgħid Sidi l-Mulej: ‘Neħħi t-turbant, aqla’ l-kuruna! Li kien m’għadux li kien! Min hu minn taħt jitgħolla, u min hu minn fuq jitniżżel!L-oraklu kontra l-Għammonin

33“U int, o bniedem, ħabbar u għid: ‘Hekk jgħid Sidi l-Mulej kontra wlied Għammon u l-għajb tal-alla tagħhom, u għidilhom:

‘Ix-xabla, ix-xabla nsiltet għall-qatla,

illimawha biex tleħħ bħall-beraq.

34Huma u juruk viżjonijiet fiergħa,

u jħabbrulek il-gideb,

ix-xabla tinżel fuq għonq il-ħżiena u l-midgħajja.

Wasal żmienhom, waslet is-siegħa tal-kastig tal-aħħar.

35Se terġa’ tidħol fl-għant?

Fil-post fejn inħloqt, fl-art fejn tnissilt,

jien nagħmel ħaqq minnek.

36Insawwab fuqek id-dagħdigħa tiegħi,

nonfoħ kontrik in-nar tas-saħna tiegħi,

u nerħik f’idejn nies slavaġ,

nies jinqalgħu għall-qerda.

37Tkun int ikel in-nar,

f’nofs pajjiżek jiġri demmek,

u iżjed ħadd ma jiftakrek:

għax jien, il-Mulej, tkellimt.”

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help