EŻEKJEL 42 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 42Il-bini tal-qassisin

1Ħariġni barra fil-bitħa ta’ barra min-naħa tat-Tramuntana, u ħadni ħdejn il-kmamar biswit il-wesgħa vojta u biswit il-bini fuq it-Tramuntana.

2It-tul fuq in-naħa tat-Tramuntana kien ta’ mitt driegħ, u l-wisa’ ħamsin driegħ.

3Dan il-bini kien jasal sa għoxrin driegħ ’il barra min-naħa tal-bitħa ta’ ġewwa u jieħu għaċ-ċangar tal-bitħa ta’ barra. Biswit il-kmamar kien hemm setaħ fuq kull wieħed mit-tliet sulari kmamar.

4Bejn dawn iż-żewġ sulari kmamar, kien hemm passaġġ jieħu għal ġewwa għaxart idriegħ wiesa’ u twil mitt driegħ; il-bwieb tagħhom kienu fuq it-Tramuntana.

5Il-kmamar ta’ fuq kienu idjaq minn dawk tas-sular tan-nofs u ta’ taħt nett, għaliex is-setaħ kien maqtugħ minnhom.

6Kienu mqassma fi tliet sulari u ma kellhomx kolonni bħall-kolonni tal-btieħi, għalhekk il-kmamar ta’ fuq kienu idjaq minn dawk tan-nofs u ta’ taħt nett fl-art.

7Kien hemm ħajt fuq barra matul il-kmamar, fuq in-naħa tal-bitħa ta’ barra, biswit il-kmamar, twil ħamsin driegħ,

8għax it-tul tal-kmamar fuq in-naħa tal-bitħa ta’ barra kien ħamsin driegħ, u dak tal-kmamar biswit is-santwarju kien ta’ mitt driegħ.

9U ’l isfel minn dawn il-kmamar kien hemm il-bieb biex tidħol għalihom min-naħa tal-Lvant, mill-bitħa ta’ barra

10fejn kien jibda l-ħajt tal-bitħa.

In-naħa tan-Nofsinhar, quddiem il-wesgħa vojta u quddiem il-bini tas-santwarju, kien hemm ukoll il-kmamar.

11Quddiemhom kien hemm passaġġ bħal dak tal-kmamar fuq it-Tramuntana bl-istess tul u wisa’ tagħhom; ħruġ, tifsila u dħul, kollox bħal tagħhom.

12U ’l isfel mill-kmamar fuq in-naħa tan-Nofsinhar kien hemm id-dħul fejn jibda l-ħajt ta’ barra, biswit il-passaġġ maqtugħ u l-bini, inti u dieħel min-naħa tal-Lvant.

13U qalli: “Il-kmamar li hemm fuq in-naħa tat-Tramuntana u dik tan-Nofsinhar tal-wesgħa vojta huma l-kmamar tas-santwarju fejn il-qassisin, li jersqu lejn il-Mulej, jieklu l-aktar ħwejjeġ qaddisa; hawn iġibu l-offerti l-aktar qaddisa; l-offerti tal-qamħ, il-vittmi tal-purifikazzjoni u tar-riparazzjoni; għax dan il-post hu post qaddis.Il-qisien tal-bitħa ta’ ġewwa

15Meta spiċċa jieħu l-qjies tat-tempju minn ġewwa ħariġni mill-bieb li jħares lejn il-Lvant u qies madwaru kollu.Eżek 45,2.

16Kejjel in-naħa tal-Lvant bil-qasba tal-qjies: ħames mitt driegħ skont il-qasba tal-qjies. Dar

17u kejjel in-naħa tat-Tramuntana: ħames mitt driegħ skont il-qasba tal-qjies. Dar

18lejn in-Nofsinhar u kejjel ħames mitt driegħ skont il-qasba tal-qjies.

19Imbagħad dar lejn il-Punent u kejjel ħames mitt driegħ skont il-qasba tal-qjies.

20Kejjel mill-erbat irjieħ; kien ħajt wieħed idawwar it-tempju minn kull naħa: twil ħames mitt driegħ u wiesa’ ħames mitt driegħ. Kien jifred il-qaddis mill-profan.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help