1L-Iżraelin kollha kienu mniżżlin f’arbli tar-razza u miktubin fi Ktieb is-Slaten ta’ Iżrael u ta’ Ġuda meta kienu tturufnati f’Babilonja minħabba l-infedeltà tagħhom.
2L-ewwel li ġew jgħammru f’artijiethom u fi bliethom kienu: Iżrael, il-qassisin, il-Leviti u l-qaddejja tat-tempju.
3F’Ġerusalemm kienu jgħammru xi wħud minn ulied Ġuda, minn ulied Benjamin, u minn ulied Efrajm u Manassi:
33Dawn imbagħad kienu l-kantanti, kapijiet tal-familji tal-Leviti, li kienu joqogħdu fil-kmamar tat-tempju. Kienu ħielsa minn kull xogħol ieħor, għax lejl u nhar kellhom dmirhom x’jaqdu.
34Dawn kienu l-kapijiet tal-familji ta’ missirijiet il-Leviti, skont il-ġenerazzjonijiet; kienu l-kapijiet li jgħammru f’Ġerusalemm.Il-familja ta’ Sawl
35F’Gibgħon kien jgħammar Ġegħijel, missier Gibgħon; u martu kien jisimha Magħka.
36U ibnu l-kbir kien Għabdon, u mbagħad Żur, Kis, Bagħal, Ner u Nadab;
37u Gedor, Aħiju, Żakkarija u Miklot;
38u Miklot wiled lil Simam; u dawn kienu jgħammru ma’ ħuthom biswithom f’Ġerusalemm.
39U Ner wiled lil Kis, u Kis wiled lil Sawl, u Sawl wiled lil Ġonatan, u lil Malkisugħa, u lil Abinadab, u lil Esbagħal.
40U bin Ġonatan kien Merib-bagħal, u Merib-bagħal wiled lil Mika.
41U wlied Mika kienu: Piton, Melek, Taħrigħa, u Aħaż.
42U Aħaż wiled lil Ġagħra, u Ġagħra wiled lil Għalemet u lil Għażmawet, u lil Żimri; u Żimri wiled lil Mosa;
43u Mosa wiled lil Bingħa, u Refajja kien ibnu, Elgħaxa ibnu, Asel ibnu.
44U Asel kellu sitt subien, u dawn kien jisimhom: Għażrikam, ibnu l-kbir, Ismagħel, Segħarija, Għobadija, u Ħanan. Dawn kollha wlied Asel.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.