NEĦEMIJA 9 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 9L-istqarrija tad-dnubniet

1Fl-erbgħa u għoxrin ta’ dak ix-xahar iltaqgħu ulied Iżrael lebsin l-ixkejjer u bit-trab fuq rashom biex jagħmlu sawma.

6Int waħdek il-Mulej

int għamilt is-smewwiet, is-smewwiet tas-smewwiet,

u l-eżerċti kollha tagħhom,

u l-art u kulma fiha,

l-ibħra u kulma fihom.

Int iżżommhom ħajja,

lilek iqimu l-eżerċti tas-smewwiet.

7Int il-Mulej Alla, li għażilt lil Abram,

ħriġtu minn Ur tal-Kaldin, u bdiltlu ismu f’Abraham,

8Sibtu fidil lejk

u għamilt patt miegħu,

li tagħti lin-nisel tiegħu,

art il-Kangħanin, il-Ħittin, l-Amurrin,

il-Periżżin, il-Ġebusin, u l-Girgasin.

U Int żammejt kelmtek għax int ġust.

9“Int rajt il-miżerja ta’ missirijietna fl-Eġittu,

u tajt widen għall-għajta tagħhom meta kienu ħdejn Baħar il-Qasab.

10U għamilt sinjali u għeġubijiet kontra

l-Fargħun, il-qaddejja tiegħu kollha, u nies artu,

għax int kont taf li kienu tkabbru ma’ missirijietna,

u dakinhar għamilt għalik isem li għadu jissemma sal-lum.

11U l-baħar fraqt quddiemhom,

u f’mogħdija niexfa qasmu f’nofs ta’ baħar,

imma lil dawk li kienu miexja wrajhom,

fil-qiegħ niżżilthom,

bħallikieku ġebla f’ilmiet qawwija.

12B’kolonna ta’ sħab mexxejthom matul il-jum,

u b’kolonna ta’ nar matul il-lejl,

biex idawlilhom it-triq li kellhom jgħaddu minnha.

13U int inżilt fuq il-muntanja tas-Sinaj,

u tkellimt magħhom mis-smewwiet,

u tajthom digrieti ġusti, liġijiet ta’ min jorbot fuqhom,

u kmandamenti u preċetti tajbin.

14Qaddist is-Sibt u għarrafthom bih,

u permezz ta’ Mosè l-qaddej tiegħek tajthom

preċetti, kmandamenti, u liġi.

15Tajthom ħobż mis-sema biex jaqtgħu l-ġuħ,

ħriġtilhom ilma mill-blata biex jaqtgħu l-għatx,

u għedtilhom biex imorru jirtu l-art,

li b’idejk merfugħa ħlift li tagħtihom.

16“Imma huma u missirijietna tkabbru u webbsu rashom,

u ma tawx widen għall-preċetti tiegħek.

17Ma riedu jisimgħu b’xejn,

u ma ftakrux fl-għeġubijiet li inti kont għamilt magħhom;

u baqgħu rashom iebsa.

Anzi waħħlu f’rashom li jerġgħu lura lejn il-jasar tagħhom fl-Eġittu.

Imma int Alla taħfer, ħafif biex tħenn,

bil-mod biex tagħdab, imma tħenn ħafna,

għalhekk int ma tlaqthomx weħidhom.

18Saħansitra meta għamlu għoġol tal-metall imdewweb, u qalu:

‘Dan hu Alla tagħkom li ħariġkom mill-Eġittu,’

u għamlu dnubiet kbar.

21Għal erbgħin sena tajthom kulma kienu jeħtieġu fid-deżert,

u ma kien jonqoshom xejn.

L-ilbies tagħhom ma therriex,

u riġlejhom ma ntefħux.

22Tajthom ukoll saltniet u popli,

u ffissajtilhom il-fruntieri tagħhom.

Ħadu f’idejhom art Siħon, sultan ta’ Ħesbon,

u art Għog, sultan ta’ Basan.

23Kattart ’l uliedhom daqs il-kwiekeb tas-sema,

u wassalthom sal-art li kont wegħedt lil missirijiethom li għad jiġu fiha biex jeħduha f’idejhom.

24U wliedhom ġew, u ħadu f’idejhom l-art; u baxxejt quddiemhom u tajthom f’idejhom lil dawk li kienu joqogħdu fil-pajjiż - il-Kangħanin - is-slaten tal-art u n-nies tagħha, biex jagħmlu bihom dak li kien jogħġobhom.

25Ħadu f’idejhom bliet bis-swar u art għammiela,

u wirtu djar mimlija b’kull xorta ta’ ħwejjeġ tajba,

bjar imħaffra minn ħaddieħor, għelieqi tad-dwieli u ż-żebbuġ,

u siġar li jagħmlu ħafna frott.

U kielu u xebgħu, simnu u thennew,

għax int kont tajjeb ħafna magħhom.

26“Imma huma lilek iddisprezzaw, u qamu kontra tiegħek;

il-liġi tiegħek tefgħuha wara spallejhom, u qatlu l-profeti tiegħek,

għax ħaduha magħhom, biex ireġġgħuhom lura lejk.

Huma baqgħu jidinbu bl-ikrah.

28Imma kif kienu jsibu l-mistrieħ, kienu jerġgħu bħal qabel,

u jagħmlu dak li hu ħażin quddiemek.

Int kont titlaqhom f’idejn l-għedewwa tagħhom,

u dawn kienu jaħkmu fuqhom.

Imma mbagħad kienu jerġgħu lura, u jsejħu lilek,

u int mis-smewwiet kont tismagħhom.

Kemm-il darba ħlisthom skont il-ħniena tiegħek.

29U ħadtha magħhom biex treġġagħhom lura għal-Liġi tiegħek,

imma huma tkabbru,

u ma tawx widen għall-kmandamenti tiegħek, u dinbu meta ma qagħdux għall-ġudizzju tiegħek.

Jekk wieħed joqgħod għall-ġudizzji tiegħek

ikollu l-ħajja permezz tagħhom,

imma huma ma ridux jerfgħu l-piż tagħhom,

u webbsu rashom, u ma ridux jisimgħu.

30Int stabart bihom għal ħafna snin,

u ħadtha magħhom permezz tal-profeti tiegħek, li kellhom l-ispirtu tiegħek,

imma huma ma tawx widen.

Int għalhekk tlaqthom f’idejn il-ġnus barranin.

31Imma fil-ħniena kbira tiegħek,

int ma ġibthomx fix-xejn,

u lanqas ħallejthom weħidhom,

għax int Alla ħanin u twajjeb.

32“U issa, o Alla tagħna, int Alla kbir, qawwi, u tal-biża’,

tħares il-patt u tagħmel il-ġid,

tħarisx fuq it-tbatijiet tagħna bħallikieku kienu ħaġa ta’ xejn,

it-tbatijiet li minn żmien is-slaten tal-Assirja sal-lum ġew fuqna,

fuq is-slaten tagħna, il-kapijiet tagħna,

il-qassisin tagħna, il-profeti tagħna,

missirijietna, u l-poplu kollu.

33Madankollu, int kont ġust f’dak kollu li ġie fuqna,

għax int żammejt kelmtek, filwaqt li aħna għamilna dak li hu ħażin.

34Is-slaten tagħna, il-kapijiet tagħna,

il-qassisin tagħna, u missirijietna,

ma qagħdux għal-Liġi tiegħek, u ma tawx widen għall-kmandamenti u l-preċetti tiegħek,

li kont widdibthom fuqhom.

35Huma gawdew is-saltna tagħhom,

il-ġid kbir li għamilt magħhom,

l-art kbira u għammiela li tajthom quddiemhom;

imma lilek ma qdewkx,

u ma reġgħux lura mill-għemejjel ħżiena tagħhom.

36Ara, aħna llum ilsiera;

l-art, li tajt lil missirijietna biex jieklu mill-frott u mill-ġid tagħha, ara, aħna qegħdin ngħixu qisna lsiera fiha.

37L-art tkattar l-uċuħ tagħha għas-slaten,

li qegħedtilna fuqna minħabba dnubietna;

u huma jaħkmu fuq ġisimna u fuq il-bhejjem tagħna kif jogħġobhom.

Ninsabu mdejqin għall-aħħar.”

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help