1Salm ta’ David.
Tal-Mulej hi l-art u kulma fiha,
id-dinja u kulma jgħix fiha.
2Għax hu fuq l-ibħra waqqafha,
u fuq ix-xmajjar fis-sod qegħedha.
3Min jista’ jitla’ fuq l-għolja tal-Mulej,
min joqgħod fil-post imqaddes tiegħu?
4Min għandu jdejh indaf u qalbu safja,
min ma jagħtix ruħu għall-frugħa,
u anqas ma jaħlef bil-qerq.
5Dan ikollu barka mingħand il-Mulej,
u l-ħlas li ħaqqu minn Alla, is-Salvatur tiegħu.
6Dan hu n-nisel ta’ dawk li jfittxuh;
li jfittxu ’l wiċċek, Alla ta’ Ġakobb.
7Intrefgħu, bibien, infetħu, intom bibien ta’ dejjem,
ħalli jidħol is-Sultan tal-glorja!
8Min hu dan is-Sultan tal-glorja?
Hu l-Mulej setgħan u qawwi,
il-Mulej qawwi fit-taqbida.
9Intrefgħu, bibien, infetħu, intom bibien ta’ dejjem,
ħalli jidħol is-Sultan tal-glorja!
10Min hu dan is-Sultan tal-glorja?
Hu l-Mulej tal-eżerċti:
dan hu s-Sultan tal-glorja!
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.