1Il-Mulej kellem lil Mosè u lil Aron u qalilhom:Num 10,11-28.
2“Kulħadd taħt l-istendard tiegħu, u l-arma ta’ dar missirijiethom. Ulied Iżrael għandhom iwaqqfu l-kamp tagħhom madwar it-tinda tal-laqgħa.Num 1,52.
3In-naħa tal-Lvant ikun hemm l-istendard ta’ Ġuda skont il-qtajja’ tagħhom, u l-kap tagħhom ikun Naħson bin Għamminadab.
4Il-qatgħa tiegħu tkun tgħodd erbgħa u sebgħin elf u sitt mitt ruħ.
5“Ħdejn it-tribù ta’ Ġuda jkun hemm it-tribù ta’ Issakar, u l-kap tagħhom ikun Natanjel bin Sugħar.
6Il-qatgħa tagħhom tkun ta’ erbgħa u ħamsin elf u erba’ mija.
7It-tribù ta’ Żebulun u l-kap tagħhom Elijab bin Ħelon.
8Il-qatgħa tiegħu tkun tgħodd sebgħa u ħamsin elf u erba’ mija.
9Il-kamp ta’ Ġuda, magħdud skont il-qtajja’ tiegħu, ikun fih b’kollox mija u sitta u tmenin elf u erba’ mija. Dawn jimxu quddiem.
10“Fuq in-naħa tan-Nofsinhar ikun hemm l-istendard tal-kamp ta’ Ruben skont il-qtajja’ tagħhom. Il-kap tagħhom ikun Elisur bin Sedewr;
11il-qatgħa tagħhom ikun fiha sitta u erbgħin elf u ħames mija.
12Ħdejhom ikun hemm it-tribù ta’ Simgħon, u l-kap tagħhom Salamjel bin Surisaddaj.
13Il-qatgħa tagħhom ikun fiha disgħa u ħamsin elf u tliet mija.
14It-tribù ta’ Gad bil-kap tiegħu Eljasaf bin Regħwel.
15Il-qatgħa tagħhom ikun fiha ħamsa u erbgħin elf u sitt mija u ħamsin.
16Il-kamp ta’ Ruben ikun fih b’kollox mija u wieħed u ħamsin elf u erba’ mija u ħamsin ruħ skont il-qtajja’ tagħhom. Dawn jimxu t-tieni.
17“Imbagħad jimxi t-tabernaklu tal-laqgħa, bil-kamp tal-Leviti f’nofs il-kampijiet l-oħra, kif ikunu mqassmin fil-kamp kollu. Kulħadd fit-taqsima tiegħu taħt l-istendard tiegħu.
18“Fuq in-naħa tal-Punent ikun hemm it-tribù ta’ Efrajm skont il-qatgħa tagħhom. Il-kap tagħhom ikun Elisama bin Għammiħud.
19Il-qtajja’ tagħhom ikun fihom erbgħin elf u ħames mija.
20Ħdejhom ikun hemm it-tribù ta’ Manassi, u l-kap tagħhom ikun Gamaljel bin Pedaħsur,
21u l-qtajja’ tagħhom ikun fihom tnejn u tletin elf u mitejn.
22It-tribù ta’ Benjamin u l-kap tagħhom Abidan bin Gidegħoni
23u l-qtajja’ tagħhom ħamsa u tletin elf u erba’ mija.
24Il-kamp ta’ Efrajm ikun jgħodd mija u tmint elef u mitt ruħ skont il-qtajja’ tagħhom. Dawn jimxu t-tielet.
25“Lejn it-Tramuntana mbagħad ikun hemm it-tribù ta’ Dan skont il-qtajja’ tagħhom, u l-kap tagħhom Aħigħeżer bin Għammisaddaj.
26Il-qtajja’ tagħhom ikun fihom tnejn u sittin elf u seba’ mija.
27Ħdejhom ikun hemm il-kamp ta’ Aser u l-kap tagħhom ikun Paggħijel bin Għokran.
28Il-qatgħa tagħhom ikun fiha wieħed u erbgħin elf u ħames mija.
29Imbagħad it-tribù ta’ Naftali u l-kap tagħhom Aħira bin Għenan,
30u l-qatgħa tagħhom ikun fiha tlieta u ħamsin elf u erba’ mija.
31Il-qtajja’ tal-kamp ta’ Dan mija u sebgħa u ħamsin elf u sitt mija. Dawn jimxu l-aħħar taħt l-istendard tagħhom.”
32Dan hu l-għadd ta’ wlied Iżrael skont id-djar ta’ missirijiethom. Il-kamp kollu skont il-qtajja’ tagħhom kien fih sitt mija u tlitt elef ħames mija u ħamsin ruħ.Num 1,46-49.
33Il-Leviti ma kinux magħduda ma’ wlied Iżrael, kif kien ordna l-Mulej lil Mosè.
34U wlied Iżrael għamlu skont ma l-Mulej ordna lil Mosè. Hekk kienu jikkampjaw u hekk jimxu, kulħadd taħt l-istendard tiegħu skont il-familja u dar missirijietu.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.