1 SAMWEL 26 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 26David jerġa’ jiltaqa’ ma’ Sawl

1U n-nies ta’ Żif marru għand Sawl f’Gibgħa u qalulu: “Ara, David moħbi fl-għolja ta’ Ħakila, biswit Ġesimon.”

13David imbagħad qasam għan-naħa l-oħra u qagħad fuq il-quċċata tal-għolja fil-bogħod, b’wisa’ kbir bejniethom.

14U David beda jgħajjat lill-poplu, u lil Abner bin Ner, u jgħidilhom: “Ma tweġibx Abner?” U Abner wieġeb u qal: “Min int biex tgħajjat lis-sultan?”

15U David qal lil Abner: “Intix raġel int? Min hu bħalek f’Iżrael? Għaliex mela ma ħaristx lil sidek, is-sultan? Ma tafx li ġie wieħed min-nies biex joqtol is-sultan sidek?

16Mhux sewwa dan li għamiltlu. Daqs kemm hu ħaj il-Mulej, żgur ħaqqkom il-mewt, intom li ma għassistux sewwa ’l sidkom, il-midluk tal-Mulej. U issa, ara fejn huma l-lanza tas-sultan u l-ġarra tal-ilma, li kienu ħdejn rasu?”

17U Sawl għaraf leħen David u qal: “Dan mhux leħen ibni David?” U David wieġeb: “Leħni, sidi s-sultan.”

18U ssokta jgħid: “X’inhu dan li sidi qiegħed jiġri wara l-qaddej tiegħu? Għax x’għamilt jien u x’deni nista’ nagħmel?

19Ħa jisma’ s-sultan sidi, kliem il-qaddej tiegħu. Jekk il-Mulej qiegħed ixewxek kontra tiegħi, ħa jogħġbu s-sagrifiċċju; imma jekk inhuma bnedmin, misħuta huma quddiem il-Mulej, għax huma llum keċċewni u qatgħuni minn wirt il-Mulej u qaluli: ‘Mur aqdi allat barranin.’

U David telaq għal triqtu, u Sawl raġa’ lura lejn postu.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help