1Tagħmilx il-ħażin, u l-ħażen ma jiġix fuqek;
2tbiegħed mill-inġustizzja, u hi twarrab minnek.
3Ibni, tiżrax fejn ħartet l-inġustizzja,
li ma taħsadhiex seba’ darbiet aktar.
4Titlobx lill-Mulej għall-ogħla post,
lanqas lis-sultan għal post ta’ ġieħ.
5Tilgħabhiex tal-ġust quddiem il-Mulej,
u quddiem is-sultan toqgħodx turi kemm taf.
6Tixtieqx li ssir imħallef,
li ma tmurx tkun bla ħila biex tneħħi l-inġustizzja,
li ma tmurx ixxaqleb lejn min jiflaħ,
u tagħmel ħsara lis-sewwa tiegħek.
7Toffendix lil kotra nies fil-belt,
u tbaxxix ruħek quddiem ġemgħa nies.
8Tagħmilx dnub għal darba tnejn,
għax lanqas fl-ewwel wieħed m’int ħieles mill-kastig.
9Tgħidx, “Hu jħares lejn il-kotra tal-offerti tiegħi,
u jilqagħhom meta noffrihom lil Alla l-Għoli.”
10La taqtax qalbek fit-talb tiegħek,
u tonqosx li tagħmel il-karità.
11Tidħakx bi bniedem qalbu sewda,
għax hemm min ibaxxi u jgħolli.
12Tiżrax gideb fuq ħuk,
u tagħmilx hekk lanqas ma’ ħabibek.
13Titħajjar qatt li tgħid xi gidba,
għax min iħobb jigdeb ma jieħu xejn.
14Tlablabx fit-tul fil-laqgħa tax-xjuħ,
u ttennix kliemek fit-talb tiegħek.
15Tobgħodx ix-xogħol ta’ tbatija,
jew xogħol ir-raba’ li nħalaq mill-Għoli.
16Tkunx magħdud mal-ġemgħa tal-midinbin;
ftakar li l-Mulej ma jdumx ma jagħdab.
17Umilja ruħek ħafna,
għax ħlas il-ħżiena nar u dud.
18Tibdilx ħabib mal-flus,
jew lil ħuk l-għażiż mad-deheb ta’ Ofir.
19Mara għaqlija u twajba titlifhiex,
issaħħrek għal warajha aktar mid-deheb.
20Taħqarx l-ilsir fidil fix-xogħol tiegħu,
jew lill-qaddej mikri li jaqdik tajjeb.
21Ilsir għaqli ħobbu,
u tiċħadlux il-ħelsien tiegħu.It-tfal
22Għandek imrieħel? Ħu ħsiebhom,
u jekk jiswewlek, ħa jibqgħu għandek.
23Għandek it-tfal? Rabbihom sewwa,
u ġagħalhom minn ċkunithom ibaxxu rashom.
24Għandek ulied bniet? Ħu ħsieb ġieħhom,
imma tkunx wisq ħelu magħhom.
25Żewweġ ’il bintek, u tkun għamilt biċċa xogħol kbira,
imma agħtiha lil raġel għaqli.
26Martek hi għal qalbek? Titfagħhiex ’il barra,
imma tafdax f’waħda li ma ġġibhiex.
Il-ġenituri27Weġġaħ lil missierek b’qalbek kollha,
u tinsiex uġigħ il-ħlas ta’ ommok.
28Ftakar li kienu huma li ġibuk fid-dinja;
biex se tħallashom għal dak li tawk?
Il-qassisin29Agħti qima lill-Mulej b’qalbek kollha,
u agħti ġieħ lill-qassisin tiegħu.
30Ħobb lil Min ħalqek b’ħiltek kollha,
u titlaqx lil dawk li jaqduh.
31Ibża’ mill-Mulej u weġġaħ lill-qassis,
u agħtih sehmu bħalma ġejt ikkmandat:
il-frott tal-bikri, il-vittma tar-riparazzjoni,
l-offerta tal-ispalel, il-vittma tal-konsagrazzjoni
u l-ewwel fost il-ħwejjeġ ikkonsagrati.Il-fqar u l-magħkusin
32Midd idek għall-fqir ukoll,
u sħiħa tkun il-barka tiegħek.
33L-għotja tiegħek issaħħar il-ħajjin kollha,
u l-mejtin tiċħdilhomx il-ħniena tiegħek.
34Tonqosx lejn ta’ qalbhom maqsuma,
imma ibki ma’ min hu mbikki.
35Tħallix li żżur bniedem marid,
għax b’hekk issir maħbub.
36F’kulma tagħmel ftakar fi tmiemek,
u ma għandek tidneb qatt.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.