DEWTERONOMJU 22 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 22Il-ħniena ma’ għajrek

1“Meta tara l-baqra ta’ ħuk jew in-nagħġa tiegħu mitlufa, la tagħmilx ta’ birruħek ma rajthomx, imma ħudhom lil ħuk., u titlef il-wiċċ li tkun żrajt u l-frott tad-dwieli.Drittijiet taż-żwieġ

13“Jekk wieħed jiżżewweġ mara u jersaq lejha, u mbagħad jumbraha,

14u jaqla’ fuqha ħwejjeġ mhux xierqa, u jxerrdilha fama ħażina, u jgħid: ‘Din il-mara ħadtha, ersaqt lejha u ma sibtilhiex il-provi tax-xbubija,’

15il-missier u l-omm tat-tifla jaqbdu u jieħdu l-provi tax-xbubija tat-tifla quddiem ix-xjuħ fil-bieb tal-belt.

16U missier it-tifla jgħid lix-xjuħ: ‘Tajt lil binti lil dan ir-raġel u issa umbraha.

17U ara, qiegħed jaqla’ fuqha ħwejjeġ mhux xierqa, u jgħid: ‘Lil bintek ma sibtilhiex il-provi tax-xbubija.’ Dawn huma l-provi tax-xbubija ta’ binti.’ U jifirxu l-liżar quddiem ix-xjuħ tal-belt.

18U x-xjuħ ta’ dik il-belt jaqbduh u jikkastigawh.

19U jwaħħluh mitt xekel tal-fidda u jagħtuhom lil missier it-tifla, għax ikun xerred fama ħażina fuq xebba ta’ Iżrael; u hu għandu jżommha b’martu u ma jista’ jwarrabha qatt f’għomru.

20“Imma jekk dan ikun minnu u ma jinstabux il-provi tax-xbubija tax-xebba,

21jieħdu t-tifla fil-bieb ta’ missierha, u jħaġġruha l-irġiel tal-belt tagħha sakemm tmut, għax tkun għamlet għajb f’Iżrael li żniet f’dar missierha. Hekk int teqred il-ħażen minn ġo nofsok.

22“Jekk raġel isibuh mimdud ma’ mara miżżewġa, għandhom imutu t-tnejn; ir-raġel li mtedd magħha, u l-mara miegħu; u hekk teqred il-ħażen minn Iżrael.

23“Jekk tifla xebba tkun mgħarrsa ma’ raġel, u jsibha raġel ieħor fil-belt u jimtedd magħha,

24oħorġuhom it-tnejn fil-bieb tal-belt, u ħaġġruhom sakemm imutu t-tnejn; it-tifla għax ma għajtitx fil-belt, u r-raġel għaliex tellef ġieħ il-mara ta’ għajru; u hekk teqred il-ħażen minn ġo nofsok.

25“Jekk ir-raġel isib it-tifla mgħarrsa fir-raba’ u jisfurzaha, u jimtedd magħha, imut biss ir-raġel li jkun imtedd magħha.

26Lit-tifla ma tagħmlilha xejn, għax it-tifla ma tkunx ħatja tal-mewt; għax dan bħal meta jħebb wieħed għal għajru, u jneħħilu ħajtu.

27Għax hu jkun sabha fir-raba’, u t-tifla mgħarrsa għajtet, u ma kienx hemm min jeħlisha.

28“Jekk raġel jiltaqa’ ma’ xebba mhix mgħarrsa, u jaqbadha u jimtedd magħha, u jinkixfu,Eż 22,16-18.

29ir-raġel li jkun imtedd magħha jagħti ħamsin xekel tal-fidda lil missier it-tifla, u jeħodha b’martu, billi jkun tellfilha ġieħha, u ma jkun jista’ jwarrabha qatt f’għomru.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help