1 SLATEN 12 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 12Il-firda tas-sultan

1Reħobogħam mar f’Sikem, għax f’Sikem kien iltaqa’ Iżrael kollu biex jagħmluh sultan. Ġerobogħam bin Nebat, li kien għadu l-Eġittu, fejn kien ħarab minn quddiem is-sultan Salamun, sama’ b’dan raġa’ lura mill-Eġittu.

3U bagħtu jsejħulu. Imbagħad Ġerobogħam u l-ġemgħa kollha ta’ Iżrael ġew u qalu lil Reħobogħam:

4“Missierek qegħdilna madmad iebes fuqna, issa ħaffilna dan il-jasar ta’ missierek, u dan it-toqol ta’ madmad minn fuqna, u aħna nservuk.”

5U hu weġibhom: “Morru, ħallu tlitt ijiem jgħaddu, u erġgħu ejjew għandi.” U l-poplu mar.

6Imbagħad is-sultan Reħobogħam ħa parir mingħand ix-xjuħ tal-kunsill, li missieru Salamun, kemm dam ħaj, kien iżommhom madwaru biex jgħinuh. U Reħobogħam staqsiehom: “Xi tweġiba jidhrilkom li għandi nagħti lil dan il-poplu?”

7U huma weġbuh: “Jekk int illum toqgħod għal dan il-poplu u taqdihom, tweġibhom u tfittex tkellimhom bit-tajjeb, huma jkunu l-qaddejja tiegħek għal dejjem.”

8Iżda hu warrab fil-ġenb dan il-parir li tawh ix-xjuħ tal-kunsill, u fittex il-parir taż-żgħażagħ li kienu trabbew miegħu, u li issa kienu madwaru,

9u staqsiehom: “Xi tweġiba jidhrilkom li għandi nagħti lil dan il-poplu, li kellmuni u qaluli: “Ħaffilna l-madmad li kien qegħdilna fuqna missierek?”

10U ż-żgħażagħ li kienu trabbew miegħu weġbuh, u qalulu: “Hekk għid lil dan il-poplu, li kellmuk u qalulek: ‘Missierek taqqal il-madmad fuqna u issa ħaffifhulna int,’ hekk għidilhom: ‘Sebgħi ż-żgħir eħxen minn ġenbejn missieri.

11Missieri taqqlilkom il-madmad, u jien se nżid fuqu. Missieri sawwatkom bil-frosti, imma jiena nsawwatkom bl-iskorpjuni.’

12Fit-tielet jum Ġerobogħam u l-poplu kollu ġew għand Reħobogħam, hekk kif kien ordnalhom is-sultan stess meta qalilhom: “Erġgħu ejjew għandi fit-tielet jum.”

13Iżda kiefra kienet it-tweġiba tas-sultan lill-poplu, għax warrab fil-ġenb il-parir li kienu tawh ix-xjuħ tal-kunsill.

14Qagħad għall-parir taż-żgħażagħ, u għalhekk qalilhom: “Missieri taqqlilkom il-madmad, u jien se nżid fuqu. Missieri kien isawwatkom bil-frosti, imma jien insawwatkom bl-iskorpjuni.”

15U hekk is-sultan baqa’ biex ma tax widen lill-poplu, ladarba din il-ħaġa seħħet kif kien riedha l-Mulej, sewwasew biex il-Mulej isaħħaħ kelmtu li kien qal lil Ġerobogħam bin Nebat permezz ta’ Aħija ta’ Silo.

“Ebda sehem ma għandna ma’ David;

ebda wirt ma’ bin Ġesse!

Għat-tined tiegħek, Iżrael!

Issa aħseb int għal darek, David!”

U Iżrael telqu għat-tined tagħhom.

17Iżda Reħobogħam baqa’ jsaltan fuq ulied Iżrael li kienu joqogħdu fl-ibliet ta’ Ġuda.

18Meta mbagħad is-sultan Reħobogħam bagħat lil Adoram, dak li kien jieħu ħsieb ix-xogħol tal-lieva, Iżrael kollu ħaġġru u qatluh. Imbagħad is-sultan Reħobogħam fittex jirkeb il-karru biex jaħrab lejn Ġerusalemm.Ġerobogħam sultan ta’ Iżrael

20Malli Iżrael kollu semgħu li Ġerobogħam kien raġa’ lura, bagħtu jsejħulu għal-laqgħa u għamluh sultan fuq Iżrael kollu. U ħadd minnhom ma mar wara d-dar ta’ David ħlief it-tribù ta’ Ġuda weħidha.

21U Reħobogħam mar Ġerusalemm, u laqqa’ d-dar kollha ta’ Ġuda u t-tribù ta’ Benjamin, mija u tmenin elf gwerrier magħżul, biex jaħbtu għal dar Iżrael, u jġibu s-saltna lil Reħobogħam bin Salamun.

22Imma Alla kellem lil Semajja, bniedem ta’ Alla, u qallu:: “Issa jista’ jiġri li s-saltna terġa’ taqa’ f’idejn id-dar ta’ David.

27Jekk dan il-poplu jibqa’ jmur joffri s-sagrifiċċji fit-tempju tal-Mulej f’Ġerusalemm, żgur li l-qalb ta’ dawn in-nies iddur mill-ġdid lejn is-sid tagħhom Reħobogħam, sultan ta’ Ġuda; u lili joqtluni, u jduru lejn Reħobogħam, sultan ta’ Ġuda.”

28Għalhekk, wara li ħa parir, is-sultan Ġerobogħam għamel żewġ għoġiela tad-deheb, u lill-poplu qallu: “Ilkom tmorru biżżejjed Ġerusalemm! Iżrael, dawn huma l-allat tagħkom li tellgħukom mill-art tal-Eġittu.;

30u din il-ħaġa waqqgħet lil Iżrael fid-dnub. Il-poplu kien imur sa Dan biex iqim l-għoġol.

31Ġerobogħam bena santwarji fuq l-għoljiet, u l-qassisin għażilhom minn fost il-poplu, li ma kinux min-nisel ta’ Levi.2 Kron 11,15.

32U Ġerobogħam waqqaf festa biex, bħall-festa li kienet issir f’Ġuda, din ukoll issir nhar il-ħmistax tax-xahar, it-tmien xahar tas-sena; u dak in-nhar hu tala’ quddiem l-artal. Hekk ukoll għamel f’Betel biex joffri sagrifiċċju lill-għoġiela li kien għamel; u f’Betel ukoll għażel xi qassisin għas-santwarji li bena fuq l-għoljiet.1 Slat 8,65.

33U nhar il-ħmistax tax-xahar, it-tmien wieħed tas-sena, xahar li għażlu hu minn rajh, tala’ quddiem l-artal li kien għamel f’Betel; dakinhar waqqaf festa għal ulied Iżrael, u tala’ quddiem l-artal biex joffri l-inċens.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help