LAMENTAZZJONIJIET Ħarsa ħafifa lejn il-ktieb - Maltese Bible with DC

Ħarsa ħafifa lejn il-ktiebDan il-ktieb hu antoloġija ta’ 5 poeżiji li jesprimu diqa kbira dwar il-waqgħa ta’ Ġerusalemm. Il-poeżiji huma msejħa ‘lamentazzjonijiet’ għaliex juru l-ilment tal-kittieb dwar il-kastig li waqa’ fuq il-poplu tiegħu. Hu jammetti li l-poplu dineb, imma jirraġuna li l-kastig kien aħrax wisq, meta mqabbel mal-ħtija.Fil-poeżiji ta’ dan il-ktieb hi l-belt ta’ Ġerusalemm li qed tokrob dwar il-qerda tagħha u t-tbatijiet li qed tgħaddi minnhom.Iżda raġġ ta’ tama ma jonqos qatt. Joħroġ il-ħsieb li l-jum għad jasal meta l-Mulej juri ħniena mal-poplu tiegħu jekk dan jerġa’ lura lejh u jżomm kelmtu miegħu.Dan jien nhewden f’qalbi,biex b’hekk nittama.Il-ħniena tal-Mulej bla tmiem;tjubitu ma tonqos qatt.Jiġġeddu kull filgħodu, kbira l-fedeltà tiegħek.“Sehmi hu l-Mulej,” tgħid ruħi,“għalhekk nittama fih” (3,21-24).It-taqsim tal-ktiebIn-niket ta’ Ġerusalemm (1,1-22)Il-kastig ta’ Ġerusalemm (2,1-22)Kastig u tama (3,1-66)Ġerusalemm meqruda (4,1-22)Talba għall-ħniena (5,1-22)
Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help