EŻODU 3 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 3Alla jsejjaħ lil Mosè

1Mosè kien jirgħa l-merħla ta’ ħatnu Ġetru, qassis ta’ Midjan, u ħa l-merħla ’l hemm fid-deżert, u wasal sa ħdejn Ħoreb, il-muntanja ta’ Alla.

7U l-Mulej qallu: “Jien ħarist u rajt it-tbatija tal-poplu tiegħi fl-Eġittu. U jien smajt il-karba tagħhom minħabba fl-argużini tagħhom u għaraft l-uġigħ tagħhom.

8Issa nżilt biex neħlishom minn idejn l-Eġizzjani u biex intellagħhom minn dik l-art u neħodhom f’art tajba u wiesgħa, f’art tnixxi ħalib u għasel, art il-Kangħanin u l-Ħittin, l-Amurrin u l-Periżżin, il-Ħiwwin u l-Ġebusin.L-Isem ta’ Alla

13Mosè reġa’ wieġeb: “Ara, jiena mmur għand ulied Iżrael u ngħidilhom: ‘Alla ta’ missirijietkom bagħatni għandkom,’ u huma jistaqsuni, ‘X’jismu?’ Jiena xi ngħidilhom?”

14Alla wieġbu: “JIEN LI JIEN.” U kompla jgħidlu: “Hekk għidilhom lil ulied Iżrael, ‘JIENA-HU bagħatni għandkom.’ ”Is 42,8; Ġw 8,24; 17,6; Apk 1,4.

15U Alla kompla jgħidlu: “Hekk għandek tgħidilhom lil ulied Iżrael: ‘Jaħweh, Alla ta’ missirijietkom, Alla ta’ Abraham, Alla ta’ Iżakk, Alla ta’ Ġakobb, bagħatni għandkom.’ Dan ikun ismi għal dejjem u dan l-isem ifakkarkom fija minn nisel għal nisel.Dt 7,1; S 135,3.

16Mur u iġbor ix-xjuħ ta’ Iżrael u għidilhom: ‘Il-Mulej, Alla ta’ Missirijietkom, Alla ta’ Abraham, Alla ta’ Iżakk, Alla ta’ Ġakobb, deherli u qalli: Ħsibt fikom u x’qegħdin jagħmlulkom fl-Eġittu.

17Jien inwegħedkom li ntellagħkom mit-tbatija tal-Eġittu, f’art il-Kangħanin, il-Ħittin u l-Amurrin, il-Periżżin, il-Ħiwwin u l-Ġebusin, f’art tnixxi ħalib u għasel.’

18Huma jisimgħu kliemek, u int u x-xjuħ ta’ Iżrael tmorru għand is-sultan tal-Eġittu u tgħidulu: ‘Il-Mulej, Alla tal-Għebrej, iltaqa’ magħna. U issa, nitolbuk, ħallina nitbiegħdu tlitt ijiem mixi fid-deżert biex hemm noffru sagrifiċċji lill-Mulej Alla tagħna.’Eż 5,3.

19Jien naf li s-sultan tal-Eġittu ma jħallikomx toħorġu mingħajr ma jkun imġiegħel b’saħħa.

20Għalhekk jiena mmidd idejja u nolqot lill-Eġittu bl-għeġubijiet li nagħmel fih; wara dan il-Fargħun iħallikom tmorru.

21U jien nagħmel mod li dan il-poplu jkollu r-rispett tal-Eġizzjani, u meta titilqu ma titilqux b’idejkom vojta,Eż 11,2-3; 12,35-36.

22iżda kull mara titlob lill-ġâra tagħha, u ’l dik li tgħammar f’darha, ħwejjeġ tal-fidda u deheb, u lbiesi, u intom tlibbsuhom lil uliedkom subien u bniet; u hekk intom tneżżgħu lill-Eġizzjani.”

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help