1U Reħobogħam mar Ġerusalemm u laqqa’ d-dar kollha ta’ Ġuda u Benjamin, mija u tmenin elf gwerrier magħżul, biex jaħbtu għal Iżrael u jġibu lura s-saltna lil Reħobogħam.1 Slat 12,21-24.
2Imma l-Mulej kellem lil Semajja, bniedem ta’ Alla, u qallu:
3“Kellem lil Reħobogħam bin Salamun, sultan ta’ Ġuda, u lil Iżrael kollu li hemm f’Ġuda u f’Benjamin u għidilhom:
4‘Dan jgħid il-Mulej: La titilgħux u la tissiltux ma’ ħutkom. Kulħadd imur lejn daru, għax minni ġej dan kollu.’ ” U huma semgħu dan il-kliem tal-Mulej, u reġgħu lura, u ma marrux kontra Ġerobogħam.
Il-fortifikazzjonijiet ta’ Ġerobogħam5U Reħobogħam għammar f’Ġerusalemm, u bena bliet iffortifikati f’Ġuda.
6Bena lil Betlehem, lil Għetam, lil Tekugħa,
7lil Betsur, lil Xoku, lil Għadullam,
8lil Gatt, lil Maresa, lil Żif,
9lil Adorajm, lil Lakis, lil Għażeka,
10lil Sorgħa, lil Ajjalon, lil Ħebron, kollha bliet iffortifikati li kien hemm f’Ġuda u Benjamin.
11Saħħaħ il-fortifikazzjonijiet u qiegħed fihom kmandanti u ħażniet tal-ikel, żejt u nbid.
12U f’kull belt qiegħed tarki u lanez; u hekk saħħaħhom b’forzi kbar. Lilu baqgħulu biss Ġuda u Benjamin.
Qassisin u Leviti f’Ġerusalemm13U l-qassisin u l-Leviti li kienu f’Iżrael kollu nġabru madwaru mill-inħawi kollha.
14U l-Leviti ħallew il-mergħat u l-ġid tagħhom u marru Ġuda u Ġerusalemm. Għax Ġerobogħam u wliedu ma ħallewhomx jaqdu lill-Mulej bħala qassisin,Num 35,2; 1 Slat 12,32.
15imma għamel qassisin oħra għas-santwarji, għall-allat-mogħoż u għall-allat-għoġiela li hu stess kien għamel.1 Slat 12,30; Lev 17,7.
16U warajhom baqgħu ġejjin Ġerusalemm it-tribujiet kollha ta’ Iżrael, dawk li baqgħu jfittxu minn qalbhom lill-Mulej, Alla ta’ Iżrael, u joffru s-sagrifiċċji lill-Mulej, Alla ta’ missirijiethom.
17U saħħew is-saltna ta’ Ġuda, u wettqu lil Reħobogħam bin Salamun għal tliet snin, għax għal tliet snin baqgħu miexja fit-triq ta’ David u Salamun.
Il-familja ta’ Reħobogħam18U Reħobogħam ħa b’martu lil Maħalat bint Ġerimot bin David u Abiħajl bint Elijab bin Ġessi1 Slat 11,1-13.
19u hi welditlu dawn is-subien: Ġegħus, Semarija u Żaħam.
20U warajha ħa lil Magħka bint Absalom, u welditlu lil Abija, lil Għattaj, lil Żiża u lil Selomit.1 Slat 15,2.
21U Reħobogħam kien ħabbha lil Magħka bint Absalom aktar min-nisa u l-konkubini l-oħra tiegħu kollha - għax kien ħa tmintax-il mara u sittin konkubina, u nissel tmienja u għoxrin tifel u sittin tifla.
22Għalhekk Reħobogħam għamel lil Abija bin Magħka prinċep fuq ħutu, biex hekk ikun jista’ jagħmlu sultan.
23U kien għaqli biżżejjed biex qassam lil uliedu mal-art kollha ta’ Ġuda u Benjamin fl-ibliet kollha ffortifikati; u tahom ikel bl-abbundanza u kisbilhom ħafna nisa.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.