1Ġara li malli Adonisedek, is-sultan ta’ Ġerusalemm, sama’ li Ġożwè kien qabad Għaj, u qeridha, u bħalma għamel lil Ġeriko u s-sultan tagħha, hekk għamel lil Għaj u lis-sultan tagħha; u li n-nies ta’ Gibgħon għamlu paċi mal-Iżraelin u baqgħu jgħammru fosthom,
12Imbagħad Ġożwè kellem lill-Mulej, dak in-nhar li l-Mulej telaq l-Amurrin quddiem ulied Iżrael, u qal quddiem Iżrael:
“Ieqaf, xemx, fuq Gibgħon;
Ieqaf, qamar, fuq wied Ajjalon.”
13U waqfet ix-xemx,
u waqaf il-qamar,
sakemm tħallas il-poplu
mill-għedewwa tiegħu.
Mhux hekk hemm miktub fi Ktieb il-Ġust? U x-xemx waqfet f’nofs is-smewwiet, u ma għaġġlitx tinżel għal jum sħiħ.
29Imbagħad Ġożwè u l-Iżraelin kollha miegħu għaddew minn Makkeda għal Libna u ħabtu għaliha.
30U l-Mulej erħieha wkoll f’id Iżrael bis-sultan tagħha; u darab b’xifer ix-xabla lilha u lil kull min kien hemm fiha bla ma ħalla ’l ħadd minnhom ħaj. U lis-sultan tagħha għamillu bħalma kien għamel lis-sultan ta’ Ġeriko.
31U għadda Ġożwè u l-Iżraelin kollha miegħu minn Libna għal Lakis, waqqaf il-kamp madwarha, u ħabat għaliha.
32U l-Mulej reħa lil Lakis f’idejn Iżrael, u dan rebaħha fit-tieni jum u għadda minn xifer ix-xabla lilha u ’l kull min kien fiha; għamlilha kollox bħalma kien għamel lil Libna.
33Frattant Ħoram, sultan ta’ Geżer, tala’ jgħin lil Lakis, u Ġożwè ħabat għalih u n-nies tiegħu sakemm ma ħalla ’l ħadd minnhom ħaj., hekk għamel lil Debir u s-sultan tagħha.
40Ġożwè rebaħ l-art kollha - il-muntanji, in-Negeb, is-Sefela, bix-xaqliba tagħhom - u s-slaten kollha tagħhom. Ma ħalla ’l ħadd jeħles, u qered kulma kien jieħu n-nifs, bħalma kien ordna l-Mulej, Alla ta’ Iżrael.Dt 20,16-17; Mħ 1,9.
41Ġożwè rebaħhom minn Kades-barnigħa sa Gaża, u l-art kollha ta’ Gosen sa Gibgħon.
42Rebaħ Ġożwè lil dawn is-slaten kollha, u artijiethom f’salt wieħed, għax il-Mulej, Alla ta’ Iżrael, tqabad għal Iżrael.
43U Ġożwè b’Iżrael kollu miegħu raġa’ lura fil-kamp f’Gilgal.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.