DANJEL BIL-GRIEG 8 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 8Il-muntun u l-bodbod fid-dehra ta’ Danjel

1Fit-tielet sena tas-saltna tas-sultan Beltassar, jien, Danjel, kelli dehra oħra wara dik li kelli qabel.

2Ħarist lejn id-dehra, u jiena u nħares sibt ruħi f’Susa, il-fortizza li hemm fil-provinċja ta’ Għelam. Bqajt inħares fid-dehra, u sibt ruħi ħdejn ix-xmara Ulaj.

3Erfajt għajnejja nħares, u ara, kien hemm muntun wieqaf quddiem ix-xmara; kellu żewġt iqrun it-tnejn għoljin, imma wieħed kien ogħla mill-ieħor minkejja li ħareġ warajh.

4U rajt il-muntun jagħti bi qrunu lejn il-Punent, lejn it-Tramuntana u lejn in-Nofsinhar; ebda bhima ma kellha l-ħila tiqaflu, ħadd ma ħelisha minnu; beda jagħmel li jogħġbu u jitkabbar.

5Jien qgħadt inħares sewwa, u ara, min-naħa tal-Punent ġie bodbod, għaddej miexi fuq wiċċ l-art kollha bla ma jmiss l-art. Dan il-bodbod kellu qarn daqsiex bejn għajnejh.

6Resaq lejn il-muntun ta’ żewġt iqrun li rajt wieqaf quddiem ix-xmara, u ħebb għalih b’saħna u saħħa kbira.

7Rajtu jinxteħet bil-qilla għal fuq il-muntun, u ħebb għalih, u kissirlu ż-żewġt iqrun, u l-muntun ma kellux il-ħila jiqaflu; xeħtu u għaffġu mal-art, u ħadd ma’ sata’ jeħles lill-muntun minn taħt idejh.

8U l-bodbod tkabbar ħafna, u meta ssaħħaħ il-qarn il-kbir inkisirlu u minfloku telgħulu erbgħa oħra daqsiex, imdawra lejn l-erbat irjieħ tas-sema.

9Imbagħad minn wieħed minnhom nibet qarn ieħor żgħir, li kiber b’mod tal-għaġeb lejn in-Nofsinhar, lejn il-Lvant u lejn l-art sabiħa;, u lil xi wħud minn dawn il-qtajja’ u mill-kwiekeb waddabhom ’l isfel lejn l-art, u għattanhom b’saqajh. tal-qtajja’, neħħa s-sagrifiċċju tal-ħruq li kienu joffrulu kuljum, u żeblaħ il-post imqaddes tiegħu.

12Huwa waqqa’ fl-għajb is-sagrifiċċju tal-ħruq u floku qiegħed id-dnub, u xeħet mal-art il-verità u baqa’ sejjer jagħmel hekk.

13Imbagħad smajt wieħed mill-qaddisin jitkellem; u qaddis ieħor qal lil dak il-wieħed li kien tkellem: “Kemm se ddum din id-dehra dwar is-sagrifiċċju tal-ħruq ta’ kuljum u d-dnub tal-ħerba tal-post imqaddes mogħti għaż-żebliħ u t-tkasbir?”, fehemhielu d-dehra lil dan.”.”

27Jien, Danjel, ħassni ħażin u bqajt marid għal xi żmien; imbagħad qomt, mort naqdi dmiri għas-sultan. Id-dehra li kelli nixxfitni, u ma sibtx min ifehemhieli.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help