MĦALLFIN 12 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 12Ġeftaħ u l-Efrajmin

1U nġabru l-Efrajmin u għaddew għal Safon, u qalu lil Ġeftaħ: “Għala mort taħbat għall-Għammonin u ma sejjaħtilniex biex niġu miegħek? Naħarqulek darek fuqek.”; u kien jgħid: ‘sibbolet!’ għax ma kienx ikun jista’ jgħidha sewwa, huma kienu jaqbduh u joqtluh ħdejn il-mogħdijiet tal-Ġordan. U f’dak iż-żmien mietu tnejn u erbgħin elf raġel minn Efrajm.

7U dam jaħkem Ġeftaħ lil Iżrael sitt snin. U meta miet Ġeftaħ il-Gilgħadi, difnuh fil-belt tiegħu ta’ Gilgħad.

L-imħallfin Ibsan, Elon u Għabdon

8Warajh ħakem lil Iżrael Ibsan minn Betlehem.

9U kellu tletin tifel, u żewweġ tletin tifla barra mid-dar, u ġieb tletin tifla barranija għal uliedu. Ħakem fuq Iżrael għal seba’ snin.

10Meta Ibsan miet, difnuh f’Betlehem.

11Warajh ħakem fuq Iżrael Elon mit-tribù ta’ Żebulun. Dan ħakem għal għaxar snin.Ġen 46,14; Num 26,26.

12Meta Elon mit-tribù ta’ Żebulun miet, difnuh f’Ajjalon fl-art ta’ Żebulun.

13Warajh ħakem fuq Iżrael Għabdon bin Ħilel minn Pirgħatun għal tmien snin.

14Kellu erbgħin tifel u tletin ulied uliedu, li kienu jirkbu fuq sebgħin felu. Ħakem fuq Iżrael għal tmien snin.Mħ 10,4.

15Meta Għabdon bin Ħillel minn Pirgħatun miet, difnuh f’Pirgħatun, fl-art ta’ Efrajm fl-għoljiet tal-Għamalekin.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help