ĠOB 26 - Maltese Bible with DC
Kliem Bildad bla sugu
1Wieġeb Ġob u qal:
2“M’hawnx għalik kemm tgħinu lid-dgħajjef,
kemm taf issaħħu d-driegħ mitruħ!
3Kemm tagħtih parir lill-injurant,
u hekk turi kemm tinqala’!
4Iżda għal min fhimt tgħidu kliemek?
Ta’ min hu l-ispirtu li webblek?”