1 KORINTIN 12 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 12Id-doni spiritwali

1Ma rridkomx ma tkunux tafu, l-aħwa, dwar id-doni tal-Ispirtu.

4Hemm imbagħad diversi doni, imma l-istess wieħed hu l-Ispirtu;Membri ta’ ġisem wieħed

12Bħalma l-ġisem hu wieħed u fih ħafna membri, u l-membri kollha tal-ġisem, għad li huma ħafna, jagħmlu ġisem wieħed, hekk ukoll Kristu.

14Issa l-ġisem mhuwiex membru wieħed, imma magħmul minn ħafna membri.

15Kieku s-sieq kellha tgħid: “Ladarba m’iniex l-id, jien m’iniex biċċa mill-ġisem,” b’daqshekk mhijiex parti mill-ġisem?

16U kieku l-widna kellha tgħid: “Ladarba m’iniex l-għajn, jien m’iniex biċċa mill-ġisem”, ma jkunx ifisser b’daqshekk li hi mhijiex biċċa mill-ġisem.

17Kieku l-ġisem kollu kien għajn, fejn kien ikun is-smigħ? U kieku kien kollu smigħ, fejn kien ikun ix-xamm?

18Iżda Alla qiegħed il-membri fil-ġisem kull wieħed f’postu, kif għoġbu hu.

19Kieku kollha kellhom ikunu membru wieħed, fejn hu l-ġisem?

20Imma ħafna, iva, huma l-membri, iżda wieħed hu l-ġisem.

21L-għajn ma tistax tgħid lill-id: “Jiena ma għandix bżonnok”, anqas ir-ras ma tgħid lis-saqajn: “Ma għandix bżonnkom”.

22Mhux hekk biss, imma l-membri tal-ġisem li jidhru l-aktar dgħajfa, huma l-aktar meħtieġa;

23u dawk li nqisu bl-inqas ġieħ fil-ġisem, lil dawn l-aktar li nieħdu ħsiebhom; u ’l dawk li ma għandhomx ġmiel, inlibbsuhom b’aktar ġmiel;

24għax il-membri sbieħ ma għandhom bżonn xejn. Alla imma bena l-ġisem b’mod li żejjen b’aktar ġieħ lil dawk li jeħtiġuh l-aktar.

25B’hekk ma jkunx hemm firda fil-ġisem, imma l-membri kollha jaħsbu f’xulxin;

26jekk membru jbati, ibatu lkoll miegħu; jekk membru jingħata l-ġieħ, jifirħu lkoll miegħu.

27Intom il-ġisem ta’ Kristu, u kull wieħed minnkom membru tiegħu., it-tielet bħala għalliema. Imbagħad id-don tal-mirakli, imbagħad id-don tal-fejqan, l-għajnuna, it-treġija, u d-don ta’ ilsna diversi.Il-glorja tal-imħabba

Imma jien nurikom triq li tgħaddihom ilkoll.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help