EŻEKJEL 29 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 29Oraklu kontra l-Eġittu

1Fl-għaxar sena, fit-tnax tal-għaxar xahar, ġietni l-kelma tal-Mulej, u qalli:

4Indaħħallek il-foxxni fi xdieqek,

u nqabbadlek il-ħut tan-Nil ma’ qxurek;

intellgħek min-Nil tiegħek,

u l-ħut kollu tan-Nil,

imqabbad ma’ qxurek.

5U nwaddbek fid-deżert,

lilek u l-ħut kollu tan-Nil tiegħek;

fuq wiċċ ir-raba’ taqa’,

ma jiġbrukx u ma jidfnukx.

Imma nħallik mitluq biex jikluk

il-bhejjem tal-art,

u l-għasafar tas-sema.

6U jkun jaf kull min jgħammar fl-Eġittu

li jien il-Mulej,

għax int kont appoġġ tal-qasab

għad-dar ta’ Iżrael.

7U meta qabduk f’idhom,

int inqsamt u ċarrattilhom ilkoll idejhom;

u meta strieħu fuqek inksirt,

u fekkiktilhom ilkoll ġenbejhom.

8“Għalhekk dan jgħid Sidi l-Mulej: ‘Arani, se nġib fuqek ix-xabla u nqaċċat minnek nies u bhejjem.

9U ssir l-art tal-Eġittu ħerba u xagħra, u jkunu jafu li jien il-Mulej, għax int għedt: Tiegħi n-Nil, u jien għamiltu.

10‘Għalhekk arani kontrik u n-Nil tiegħek, u nagħmel xagħra mill-art tal-Eġittu, minn Migdol sa Suweni u sal-fruntieri ta’ Kus.

11U ebda riġel ta’ bniedem ma jirfes fih u ebda riġel ta’ bhima ma jgħaddi minnu; u għal erbgħin sena ma jgħammar ħadd fih.

12‘Nagħmel mill-Eġittu art xagħrija f’nofs artijiet xagħrija oħra, u blietha għal erbgħin sena jkunu ħerbiet f’nofs bliet oħra mħarbta: inxerred l-Eġizzjani f’nofs il-ġnus u nferrixhom mal-artijiet.

13‘Għax dan jgħid Sidi l-Mulej: Fi tmiem l-erbgħin sena jien niġbor l-Eġizzjani minn fost il-ġnus li fihom kienu mxerrda.

14U nbiddlilhom xortihom, u nerġa’ nġibhom fl-art ta’ Patros, fl-art fejn tnisslu, u hemm ikunu saltna ċkejkna.

15Tkun l-iċken fost is-saltniet, u ma togħliex aktar fuq is-saltniet l-oħra; inċekkinhom biex ma jogħlewx aktar fuq il-ġnus.

16U ma jkunux aktar it-tama ta’ dar Iżrael, imma tifkira ta’ ħżunithom, ta’ meta kienu jduru għal għandhom.

‘U hekk ikunu jafu li jien il-Mulej.’ ”

17Fis-sena sebgħa u għoxrin, fl-ewwel tal-ewwel xahar, ġietni l-kelma tal-Mulej u qalli:

18“O bniedem, Nabukodonosor, sultan ta’ Babilonja, ħaddem bis-sħiħ l-eżerċtu tiegħu u għabbiehom b’xogħol iebes kontra Tir; kull ras tfartset, kull spalla saret ġerħa waħda, u b’danakollu ma ħadu xejn minn Tir, u la hu u lanqas l-eżerċtu tiegħu, għat-taħbit li tħabtu għalih.

19Għalhekk dan jgħid Sidi l-Mulej: “Arani, se nagħti lil Nabukodonosor, sultan ta’ Babilonja, l-art tal-Eġittu u jeħodlu l-ġid tiegħu, ineżżgħu u jagħmel priża minn ħwejġu, u b’hekk iħallas l-eżerċtu tiegħu.

21Dakinhar innibbet qarn, bniedem qawwi, għal dar Iżrael, u lilek niftaħlek fommok f’nofshom, u jkunu jafu li jien il-Mulej.”

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help